AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF).
Il-prodott imsemmi hawn taħt m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà tal-preżenza ta’ ‘Clostridium Botulinum’ li tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.
‘Clostridium Botulinum’ hija batterja li tista’ tikkaġuna avvelenament tal-ikel peress li tipproduċi tossin li jaffettwa s-sistema nervuża u tista’ tikkaġuna botuliżmu, li hija marda li tista’ tikkaġuna paraliżi severa tal-muskoli.
| Prodott: | Olive and Almond Cream |
| Ditta: | Italiamo |
| Użin: | 190g |
| Numru tal-lott / Data tad-durabbiltà: | L244R - 01/09/2028 |
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 am u t-3:00 pm, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN