Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim settorjali ġdid tal-Allied Health professionals

PR260863
Date Icon 15/05/2026

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva flimkien mal-UHM Voice of the workers iffirmaw ftehim settorjali ġdid li tal-Allied Health professionals. Għal dan il-ftehim kien hemm preżenti l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Joyce Cassar u s-Segretarju Permanenti għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Renzo De Gabriele.

Il-Gvern laħaq ftehim ġdid mal-UHM li jkopri 'l fuq minn 1,500 ħaddiem minn 16-il professjoni tal-Allied Health, wara diversi xhur ta' negozjati kostruttivi u kordjali. Il-ftehim, li ġie ffirmat illum, jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-professjonisti, fosthom pakkett ta' titjib fl-allowances, opportunitajiet għal avvanz fil-karriera, programm ta' taħriġ estiż u opportunitajiet ġodda ta' progress fi ħdan l-istruttura professjonali. Dan filwaqt li jibqa' jiġi assigurat servizz kontinwu u ta' kwalità għolja lill-pazjenti.

Permezz ta' dan il-ftehim qed  jiġi rikonoxxut il-ħidma ta' dawn il-professjonisti u tissaħħaħ il-karriera tagħhom b'mod speċjali għal dawk li jixtiequ jibqgħu jaħdmu fl-aspett kliniku tal-professjoni rispettiv.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li dan il-ftehim huwa prova oħra tal-ħidma tal-Gvern favur investiment b'saħħtu u kontinwu fir-riżors uman. Saħaq kif permezz ta' dan il-ftehim qed tiġi rikonoxxuta l-ħidma ta' dawn il-professjonisti u tibqa' tissaħħaħ il-karriera tagħhom, b'mod speċjali dawk li jixtiequ jkomplu jaħdmu u jimirħu fl-aspett kliniku tal-professjoni rispettiv.

“Illum rajna pass importanti għal mijiet ta' professjonisti fl-oqsma tal-Allied Health Professionals. Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti fil-professjonisti tagħna li huma tant kruċjali fil-kura mogħtija lill-pazjenti Għawdxin u Maltin," temm jgħid Dr Abela.

Min-naħa tiegħu, Josef Vella qal kif bħala l-persuna li mexxa n-negozjati kuntent illi l-UHM Voice of the Workers illum ffirmat ftehim settorjali għal Allied Health Professionals fejn qed jiġi rikonoxxut il-ħidma ta' dawn l professjonisti mal-pazjent.  “Il-ftehim tal-lum huwa storiku għax jassigura li l-clinical stream twassal għal progress sħiħ fil-karriera ta' dawn il-professjonisti.  Inħares 'il quddiem li dan t-titjib ikompli jiġi rifless f'servizz ta' eċċellenza għal pazjenti tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim settorjali ġdid tal-Allied Health professionals
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow