Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibdew ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Ħniena

PR260862
Date Icon 15/05/2026

Fil-Qrendi, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia żar ix-xogħlijiet li bdew fil-Pjazza tal-Ħniena bħala parti minn proġett ta' riġenerazzjoni.

Din il-Pjazza hi żona għall-qalb il-Qrendin hekk kif apparti s-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena li huwa Santwarju mfittex minn ħafna, din il-Pjazza tintuża wkoll għall-attivitajiet li jtellgħu kemm il-Kunsill Lokali, kif ukoll l-għaqdiet tal-Qrendi, b'mod speċjali ż-żewġ festi tal-lokal.

Dan ix-xogħol qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu hekk kif bdew ix-xogħlijiet infrastrutturali. Dan ix-xogħol jinkludu tibdil ta' servizzi, hekk kif ser isiru servizzi ġodda ta' drenaġġ u servizzi ġodda wkoll tal-ilma. Apparti minn hekk, ser jitkomplew ukoll ix-xogħlijiet ta' servizzi relatati mad-dwal. Dan ix-xogħol għandu jitlesta f'madwar xahar, biex wara tibda tingħata sodda tal-konkos li tkun lesta sa' Ġunju. Wara, jibda x-xogħol tal-pavimentar ta' din il-Pjazza, biex b'hekk, tingħata d-dehra li jistħoqqilha.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal li “Kien ftit tal-ġimgħat ilu li ħabbarna din ir-riġenerazzjoni fejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena, hawnhekk fil-Qrendi. Din il-ġimgħa bdew ix-xogħlijiet tant mistennija sabiex nagħtu dehra isbaħ u dehra ferm aħjar lil din il-Pjazza li għal qalb ħafna l-Qrendin."

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Qrendi David Schembri qal kif bħalissa għaddej il-bidu tax-xogħlijiet fuq din il-Pjazza. Huwa rringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi għax-xogħol li qed isir favur is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena ġewwa l-Qrendi."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibdew ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Ħniena
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibdew ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Ħniena
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibdew ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Ħniena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow