AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għas-sulfiti minħabba li nstab li fih diossidu tal-kubrit (sulphur dioxide) mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Prodott: Dried Apricots / Berquq imnixxef
Ditta: Garmello
Numru tal-Lott C69632
Użin: 300g
Data tad-durabbiltà: 30/12/2027
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 am u t-3:00 pm, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN
PR260856a.png