Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’teknoloġija intelliġenti fit-toroq Maltin bħala parti mill-pjan Malta in Motion

PR260855
Date Icon 14/05/2026

Waqt żjara fiċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tat-Traffiku u d-Data ta’ Transport Malta, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar investiment f’dan iċ-ċentru li se jwassal biex fix-xhur li ġejjin jibda jservi bħala l-bażi teknoloġika għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-trasport madwar Malta u Għawdex.

Permezz ta’ netwerk ta’ radars, cameras u sistemi intelliġenti mifruxa madwar il-pajjiż, dan iċ-ċentru jiġbor u janalizza data relatata mal-fluss tal-vetturi u l-moviment fit-toroq tagħna. Fix-xhur li ġejjin, din l-informazzjoni se tibda tintuża sabiex tiggwida deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tat-traffiku kif ukoll interventi infrastrutturali f’żoni differenti madwar il-gżejjer Maltin.

Bħala parti mix-xogħol li għaddej bħalissa qabel dan iċ-ċentru jibda jopera b’mod komplet, qed isiru aġġornamenti ta’ diversi sistemi biex dawn kollha jkunu integrati flimkien. Dan se jippermetti, fost oħrajn, biex fix-xhur li ġejjin permezz tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali, sistemi differenti se jibdew jaħdmu flimkien sabiex jitjieb il-fluss tat-traffiku skont il-ħtiġijiet f’ħin reali.

L-aġġornamenti teknoloġiċi se jkunu wkoll marbuta ma’ proġetti oħrajn bħal dak tas-C-SAM, fejn għall-ewwel darba se jiġu introdotti teknoloġiji ġodda ddedikati għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq għal min juża r-rota u għal min jimxi. Fl-istess waqt, Transport Malta qed tistenna wkoll il-wasla ta’ servers ta’ kapaċità għolja għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data, b’konformità mal-obbligi tal-European ITS Directive u l-implimentazzjoni tan-National Access Point (NAP).

Il-Ministru Chris Bonett qal li “l-implimentazzjoni tat-teknoloġija fil-ġestjoni tat-trasport tifforma parti mill-pjan Malta in Motion, fejn ix-xogħol diġà beda sabiex nibdew naraw integrazzjoni akbar bejn mezzi differenti ta’ trasport u sistemi ta’ mobilità aktar moderna, effiċjenti u sostenibbli għall-pajjiż tagħna.” Huwa qal li fi ftit xhur oħra, dan iċ-ċentru se jkun qed jgħin f’deċiżjonijiet strateġiċi bħal devjazzjoni tat-traffiku u interventi infrastrutturali permezz tad-data li se tkun qed tinġabar minn madwar il-pajjiż kollu. “L-importanza tal-intelliġenza artifiċjali permezz tat-teknoloġija hija waħda mill-iktar investimenti li kellna bżonn. Bħalissa għaddejjin bil-fażi tat-testing biex fi ftit xhur, din tibda tidħaddem b’mod komplut,” temm jgħid il-Ministru Bonett. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia qal li Transport Malta qed tkompli b’investiment kemm fit-teknoloġija kif ukoll fin-nies, biex il-flow tat-traffiku jkun immaniġġjat b’mod aktar intelliġenti. “Permezz ta’ sistemi ta’ software, se nkunu qed naraw dak li jkun għaddej fit-toroq tagħna biex nieħdu deċiżjonijiet in real time. Dan hu Malta in Motion, fejn naraw dak li għaddej fit-toroq, trasport pubbliku, trasport bil-baħar biex flimkien ikunu mmaniġġjati minn sistemi ċentrali, u dak li se jkun qed jagħmel dan iċ-ċentru,” temm jgħid Kurt Farrugia.

Kenneth Spiteri, Senior Manager ġewwa n-National Traffic Control and Data Centre spjega kif dan iċ-ċentru se jkun qed jiġbor id-data tal-pajjiż fil-qasam tat-trasport ġewwa post wieħed. Huwa spjega kif “fil-ġimgħat u xhur li ġejjin, se nkomplu ninstallaw aktar sensors u radars biex fost oħrajn, it-traffic lights tagħna jinqalbu fully adaptive u jaħdmu b’mod intelliġenti awtomatikament.” Huwa kompla billi qal li s-sistemi kollha se jiġu integrati taħt pjattaforma waħda biex l-operaturi f’dan iċ-ċentru jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kollha. Sostna li anke permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali, is-sistema tkompli tiġi aġġornata sabiex in-netwerk tat-trasport ikun aktar effiċjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’teknoloġija intelliġenti fit-toroq Maltin bħala parti mill-pjan Malta in Motion
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’teknoloġija intelliġenti fit-toroq Maltin bħala parti mill-pjan Malta in Motion
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’teknoloġija intelliġenti fit-toroq Maltin bħala parti mill-pjan Malta in Motion
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow