Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment ta’ €30 miljun biex Malta tkompli ssaħħaħ is-servizzi tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli

pr260852
Date Icon 14/05/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Stefan Zrinzo Azzopardi, żaru il-Binja ‘It-Teżor tal-Ħajja’ fejn tlestiet il-fażi ta’ kostruzzjoni u ħareġ iċ-ċertifikazzjoni (CCC) fuq il-kostruzzjoni tal-binja.

Il-Gvern, permezz ta’ fondi Ewropej taħt il-Programm ta’ Rkupru u Reżiljenza, investa €25 miljun fi stabbiliment ġdid u avvanzat għad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli f’San Ġwann.

Għall-ewwel darba, Malta se jkollha faċilità ddedikata għall-ħażna u l-ipproċessar tat-tessuti u ċ-ċelloli, flimkien ma’ kumpless ta’ clean rooms speċjalizzati ħafna u uniċi fil-gżejjer Maltin. Din l-infrastruttura moderna se tippermetti li pajjiżna jkompli jiżviluppa servizzi mediċi avvanzati u jnaqqas id-dipendenza fuq servizzi barra minn Malta.

Il-proġett lesta l-fażi ta’ kostruzzjoni u issa dieħel fil-fażi tal-validazzjoni u l-liċenzjar, pass importanti li se jwitti t-triq sabiex fix-xhur li ġejjin il-Bank tad-Demm jiġi rilokat mill-Isptar San Luqa għall-faċilità l-ġdida. Fl-istess waqt, bdew ukoll il-preparamenti għat-tieni fażi tal-proġett, li tinkludi l-bini ta’ ċentru ġdid għall-ġbir tad-demm integrat mal-istabbiliment il-ġdid

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif fil-fażi inizjali tiegħu, It-Teżor tal-Ħajja se jintroduċi servizzi ġodda importanti f’Malta, fosthom bone banking u cornea banking, biex pazjenti Maltin ikollhom aċċess aħjar għal trattamenti speċjalizzati. Qal li l-faċilità se tkun mgħammra għall-ħażna tal-plasma bi preparazzjoni għall-plasma fractionation, sabiex il-plasma miġbura f’Malta tkun tista’ tiġi pproċessata barra minn Malta u terġa’ lura bħala prodotti terapewtiċi derivati mill-plasma għall-użu tal-pazjenti lokali

Il-Ministru Abela saħaq kif il-proġett huwa mfassal biex jilqa’ wkoll terapiji aktar avvanzati, inklużi terapiji b’ċelloli staminali u Advanced Therapy Medicinal Products (ATMPs), u b’hekk Malta tkun tista’ tipparteċipa b’mod attiv fil-futur tal-mediċina riġenerattiva u personalizzata.

“Dan l-investiment strateġiku jkompli jsaħħaħ il-kwalità u s-sostenibbiltà tas-servizzi tas-saħħa f’Malta, filwaqt li jiżgura li l-pazjenti Għawdxin u Maltin, jibbenefikaw minn terapiji moderni, innovattivi u siguri għas-snin li ġejjin”, temm jgħid Dr Abela.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett huwa investiment importanti fil-futur tas-saħħa f’Malta u eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej qed jiġu trasformati f’infrastruttura u servizzi ta’ kwalità għan-nies. Huwa sostna li permezz ta’ dan l-investiment, Malta qed tkompli tibni sistema tas-saħħa aktar moderna, reżiljenti u preparata għall-ħtiġijiet tal-lum u ta’ għada, filwaqt li tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiż fis-servizzi essenzjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment ta’ €30 miljun biex Malta tkompli ssaħħaħ is-servizzi tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment ta’ €30 miljun biex Malta tkompli ssaħħaħ is-servizzi tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment ta’ €30 miljun biex Malta tkompli ssaħħaħ is-servizzi tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Investiment ta’ €30 miljun biex Malta tkompli ssaħħaħ is-servizzi tad-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow