Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju, 2026

pr260849
Date Icon 14/05/2026

Votazzjoni f'San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei (inkluż l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo), Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f'Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f'dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:

Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani (ara Skeda)

  • is-Sibt, 23 ta' Mejju, 2026; 

L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex

  • il-Ħamis, 28 ta' Mejju, 2026

Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani

Dawk il-votanti li huma reġistrati f'dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 16 ta' Mejju 2026, jivvotaw f'dawn il-postijiet fit-23 ta' Mejju, 2026.

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta' xi qraba jew persuni oħra, bħalissa residenti f'San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta' Mejju, 2026.

Fit-23 ta' Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f'dawn l-istituzzjonijiet.

Sptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex

Il-votanti rikoverati f'dawn l-isptarijiet, sas-6.00 pm tat-Tnejn, 25 ta' Mejju, 2026 jivvotaw f'dawn il-postijiet fit-28 ta' Mejju, 2026 u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sal-25 ta' Mejju, 2026.

Skeda

01BirkirkaraDar tal-Kleru 'Christus Sacerdos'
02Il-ĦamrunDar San Pawl
03Santa VeneraCasa Francesco
04Iż-ŻejtunDar l-Anzjani
05Ħal Għaxaq Ghigo Community Residence
06Marsaskala St Thomas Community Living
07Il-FguraResidenza San Ġużepp
08Paola Casa Paola
09Ħal Tarxien Dar l-Annunzjata
10Ħal Qormi Dar Pinto
11Ir-Rabat (M)St Elizabeth Home
12Ir-Rabat (M)Villa Messina
13Ħal BalzanCasa Antonia
14In-NaxxarSimblija Care Home
15L-ImsidaJasmine Nursing Home
16Il-GżiraVivan Care Residence
17In-Naxxar Golden Care
18Baħar iċ-Ċagħaq, In-Naxxar Porziuncola
19San ĠiljanPalazzo Leone
20San ĠiljanResidenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp
21San ĠiljanVilla Anna Teresa
22Tas-Sliema Casa Marija
23Tas-SliemaThe Imperial
24Ħ'AttardDar Santa Katerina
25Ħ'AttardRoseville
26Il-MostaSorijiet Franġiskani 'Pax Et Bonum'
27Il-MostaCentral Home
28Il-MostaCasa Arkati
29Il-MellieħaDar il-Madonna tal-Mellieħa
30San Pawl il-BaħarCasa Serena
31San Pawl il-BaħarCasa San Paolo
32Rabat (Għ)Casa Giuseppe
33GħajnsielemDar San Ġużepp
34San LawrenzVilla San Lawrenz
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow