STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju, 2026
Votazzjoni f'San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei (inkluż l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo), Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f'Għawdex.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f'dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani (ara Skeda)
- is-Sibt, 23 ta' Mejju, 2026;
L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
- il-Ħamis, 28 ta' Mejju, 2026
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.
Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani
Dawk il-votanti li huma reġistrati f'dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 16 ta' Mejju 2026, jivvotaw f'dawn il-postijiet fit-23 ta' Mejju, 2026.
Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta' xi qraba jew persuni oħra, bħalissa residenti f'San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 22 ta' Mejju, 2026.
Fit-23 ta' Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f'dawn l-istituzzjonijiet.
Sptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
Il-votanti rikoverati f'dawn l-isptarijiet, sas-6.00 pm tat-Tnejn, 25 ta' Mejju, 2026 jivvotaw f'dawn il-postijiet fit-28 ta' Mejju, 2026 u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument tal-vot tagħhom ikun fil-pussess tagħhom sal-25 ta' Mejju, 2026.
Skeda
| 01 | Birkirkara | Dar tal-Kleru 'Christus Sacerdos' |
| 02 | Il-Ħamrun | Dar San Pawl |
| 03 | Santa Venera | Casa Francesco |
| 04 | Iż-Żejtun | Dar l-Anzjani |
| 05 | Ħal Għaxaq | Ghigo Community Residence |
| 06 | Marsaskala | St Thomas Community Living |
| 07 | Il-Fgura | Residenza San Ġużepp |
| 08 | Paola | Casa Paola |
| 09 | Ħal Tarxien | Dar l-Annunzjata |
| 10 | Ħal Qormi | Dar Pinto |
| 11 | Ir-Rabat (M) | St Elizabeth Home |
| 12 | Ir-Rabat (M) | Villa Messina |
| 13 | Ħal Balzan | Casa Antonia |
| 14 | In-Naxxar | Simblija Care Home |
| 15 | L-Imsida | Jasmine Nursing Home |
| 16 | Il-Gżira | Vivan Care Residence |
| 17 | In-Naxxar | Golden Care |
| 18 | Baħar iċ-Ċagħaq, In-Naxxar | Porziuncola |
| 19 | San Ġiljan | Palazzo Leone |
| 20 | San Ġiljan | Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp |
| 21 | San Ġiljan | Villa Anna Teresa |
| 22 | Tas-Sliema | Casa Marija |
| 23 | Tas-Sliema | The Imperial |
| 24 | Ħ'Attard | Dar Santa Katerina |
| 25 | Ħ'Attard | Roseville |
| 26 | Il-Mosta | Sorijiet Franġiskani 'Pax Et Bonum' |
| 27 | Il-Mosta | Central Home |
| 28 | Il-Mosta | Casa Arkati |
| 29 | Il-Mellieħa | Dar il-Madonna tal-Mellieħa |
| 30 | San Pawl il-Baħar | Casa Serena |
| 31 | San Pawl il-Baħar | Casa San Paolo |
| 32 | Rabat (Għ) | Casa Giuseppe |
| 33 | Għajnsielem | Dar San Ġużepp |
| 34 | San Lawrenz | Villa San Lawrenz |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN