Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titħabbar it-tieni edizzjoni ta' Festa Tonn f'Marsaskala

PR260847
Date Icon 14/05/2026


Marsaskala se terġa' tospita t-tieni edizzjoni ta' Festa Tonn nhar is-Sibt, 13 ta' Ġunju, fi Triq ix-Xatt, bejn il-5:00pm u l-11:00pm, f'inizjattiva organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala.

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, Festa Tonn qed terġa' tittella' sabiex tkompli tiċċelebra s-settur tas-sajd f'Malta, b'enfasi partikolari fuq l-industrija tat-tonn, filwaqt li tkompli żżid l-għarfien dwar l-importanza tas-sajd sostenibbli, il-wirt marittimu Malti u l-identità tal-komunitajiet kostali tagħna.

Matul l-attività, il-pubbliku se jkun jista' jgawdi minn programm varjat ta' attivitajiet għall-familja kollha, fosthom stands ta' ikel ibbażat fuq it-tonn u prodotti lokali, wirjiet ta' artiġjanat Malti, mużika live, attivitajiet edukattivi u żona apposta għat-tfal. Se jieħdu sehem ukoll għaqdiet volontarji u esebituri marbuta mas-settur marittimu u mal-komunità lokali.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, qalet li “Wara r-rispons pożittiv li rċevejna matul l-ewwel edizzjoni, ħassejna li kien importanti li Festa Tonn terġa' tittella' sabiex inkomplu nqarrbu lill-pubbliku lejn is-settur tas-sajd u napprezzaw aktar il-ħidma importanti li jwettqu kuljum is-sajjieda Maltin u Għawdxin. Festa Tonn mhux biss tiċċelebra l-prodotti lokali friski tagħna, iżda wkoll il-kultura marittima u l-identità tal-komunitajiet kostali tagħna."

Hija żiedet tgħid li inizjattivi bħal dawn ikomplu jsaħħu r-rabta bejn il-komunitajiet u s-settur tas-sajd, filwaqt li jkomplu jqajmu aktar għarfien dwar is-sostenibbiltà u l-importanza li nappoġġjaw il-prodotti lokali.

Id-Direttur tas-Servizzi ta' Appoġġ fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Estelle Sant, qalet li l-attivitajiet differenti li qed jiġu organizzati matul is-sena għandhom l-għan li jirrikonoxxu l-ħidma mwettqa mis-sajjieda u l-bdiewa Maltin u Għawdxin, filwaqt li jkomplu jħeġġu aktar nies jagħżlu prodotti lokali friski u sostenibbli.

Festa Tonn se tittella' nhar is-Sibt, 13 ta' Ġunju, bejn il-5:00pm u l-11:00pm, fi Triq ix-Xatt, Marsaskala.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titħabbar it-tieni edizzjoni ta' Festa Tonn f'Marsaskala
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow