Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U D-DJALOGU SOĊJALI 85% tal-familji Maltin huma sidien ta’ darhom

PR260841
Date Icon 13/05/2026

Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li fl-2025, 85% tal-familji Maltin kienu sidien ta' darhom. Dan ifisser żieda sostanzjali mill-82% osservat sena qabel u huwa rekord għal pajjiżna.

Fl-2025, kien hemm 122,403 familja Maltija u Għawdxija li kienu sidien ta' darhom, u minn dawn 91,757 familja ma kellhom ebda self fuq din il-proprjetà.

L-aktar kategorija li hija sidien tad-dar tagħha hija dik ta' żewġ adulti b'wild wieħed, fejn ir-rata ta' home-ownership tlaħħaq aktar minn 93%.

Ir-riżultati miksuba jindikaw kemm l-iskemi li introduċa fl-aħħar snin il-Gvern biex aktar persuni jsiru sidien ta' darhom kienu effettivi.

Mentri 85% tal-familji Maltin u l-Għawdxin huma sidien ta' darhom, huma biss 68% tal-familji Ewropej li huma sidien ta' darhom. L-anqas persentaġġ ta' home-owners huwa fil-Ġermanja, 47%, jew kważi nofs ir-rata f'pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali u d-Djalogu Soċjali Andy Ellul laqa' dawn iċ-ċifri b'sodisfazzjon. Irrimarka illi huwa notevoli l-fatt li kważi 92,000 persuna huma sidien ta' darhom mingħajr self. “Dawn iċ-ċifri jikkuntrastaw bil-qawwi ma' dak li qed iseħħ madwarna. Filwaqt li f'pajjiżna 85% huma sidien ta' darhom, madwar l-Ewropa dan il-persentaġġ jinżel għal 68%."

Dr Ellul innota kif dan huwa riżultat ta' miżuri effettivi li ttieħdu minn dan il-Gvern biex aktar żgħażagħ u familji jsiru sidien ta' darhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow