Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI

pr260837
Date Icon 12/05/2026

Malta żammet postha fost l-iktar pajjiżi bi drittijiet avvanzati fir-Rainbow Map imħabbra llum minn ILGA-Europe. Filwaqt li Malta żammet punteġġ b'saħħtu ħafna, Spanja telgħet fl-ewwel post wara għadd ta' bidliet  leġislattivi li l-Gvern Spanjol għamel fl-aħħar snin.

Malta qed taħdem biex terġa' titla fil-quċċata bla dewmien permezz tat-tisħiħ tal-liġi tal-ugwaljanza li ssaħħaħ l-iscore Malti b'6.6%. Fil-fatt qabel il-Parlament ġie xolt kien diġà sar l-ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.

Malta tibqa' wieħed mill-aktar pajjiżi avvanzati fl-Ewropa f'dan il-qasam, b'qafas legali li jinkludi r-rikonoxximent tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, il-projbizzjoni tal-prattiċi ta' konverżjoni, ir-rikonoxximent tal-awtodeterminazzjoni tal-ġeneru, u l-projbizzjoni tal-interventi mediċi mhux imsejsa fuq il-kunsens fuq persuni intersess. Dawn huma kisbiet li għadhom ċelebrati madwar id-dinja.

Il-Gvern ta' Malta jifraħ lil Gvern Spanjol għall-progress li għamel u bħala 'champion' tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza  Malta mhux biss tilqa' dan il-progress, iżda tawgura li jkun hemm aktar Gvernijiet Ewropej bħal dak Spanjol li jsaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ+ sabiex jissaħħaħ il-proġett Ewropew kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow