Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Pitkalija ġdida f’Għawdex biex tissaħħaħ il-katina agrikola u l-ekonomija lokali

pr260835
Date Icon 12/05/2026

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar il-ftuħ ta' Pitkalija ġdida f'Għawdex bħala parti minn inizjattiva strateġika tal-Gvern biex jissaħħaħ is-settur agrikolu fuq il-gżira u jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa Għawdxin.

Din l-inizjattiva qed twieġeb direttament għall-isfidi li l-bdiewa Għawdxin kienu qed jaffaċċjaw wara l-għeluq tas-suq preċedenti, li wassal biex ħafna minnhom kellhom jittrasportaw il-prodott tagħhom lejn Malta u din kienet qed toħloq ineffiċjenzi, spejjeż addizzjonali u pressjoni operattiva fuq il-bdiewa.

Għaldaqstant, bil-ftuħ ta' din il-Pitkalija, il-bdiewa issa se jkollhom pjattaforma ddedikata fejn jistgħu jbigħu l-prodott tagħhom direttament f'Għawdex stess. Dan se jsaħħaħ l-aċċess għas-suq, iżid l-indipendenza tal-bdiewa u jtejjeb l-effiċjenza tal-operat agrikolu.

Fl-istess waqt, din l-inizjattiva se twassal għal aktar disponibbiltà ta' prodotti friski u lokali għall-konsumaturi Għawdxin, filwaqt li tħeġġeġ konsum aktar b'saħħtu u ssaħħaħ il-fiduċja fil-prodott lokali.

Il-proġett huwa wkoll kontribut importanti għall-iżvilupp ekonomiku ta' Għawdex, billi se joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg f'oqsma relatati mal-agrikoltura, il-loġistika u l-operat tas-suq. Barra minn hekk, jgħin fil-preservazzjoni tal-prattiċi tradizzjonali agrikoli li huma parti essenzjali mill-identità Għawdxija.

Minn perspettiva ambjentali, il-Pitkalija f'Għawdex se tikkontribwixxi għal katini ta' provvista iqsar billi tnaqqas il-bżonn tat-trasport bejn il-gżejjer. Dan mhux biss inaqqas l-impatt ambjentali, iżda jtejjeb ukoll l-effiċjenza fid-distribuzzjoni u jnaqqas il-ħela tal-ikel, filwaqt li jiżgura li l-prodott jasal frisk għand il-konsumatur.

Il-Ministeru investa wkoll fir-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet u fl-introduzzjoni ta' sistemi moderni biex jiġi żgurat li l-operat tal-Pitkalija jkun effiċjenti, trasparenti u konformi mal-istandards moderni ta' iġjene, traċċabbiltà u koordinazzjoni bejn il-bejjiegħa.

Il-Ministru Anton Refalo qal li dan il-proġett huwa pass importanti lejn sistema agrikola aktar reżiljenti u sostenibbli. Huwa sostna li “bil-ftuħ ta' Pitkalija f'Għawdex qed nagħtu lura lill-bdiewa pjattaforma essenzjali biex ikomplu jiżviluppaw il-ħidma tagħhom, filwaqt li nsaħħu l-ekonomija lokali u nżidu s-sigurtà tal-ikel f'pajjiżna."

Huwa żied li l-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jinvesti f'infrastruttura u inizjattivi li jsaħħu s-settur agrikolu, filwaqt li jippromwovu sostenibbiltà u effiċjenza tul il-katina kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni.

Il-Ministru temm jgħid li din il-Pitkalija hija eżempju ċar ta' kif investiment immirat jista' joħloq sistema aktar ġusta, effiċjenti u sostenibbli għall-bdiewa u għall-komunità kollha.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency, Brian Vella, qal li “dan il-proġett huwa pass deċiżiv biex nerġgħu nagħtu spinta lill-agrikoltura f'Għawdex u nindirizzaw b'mod konkret l-isfidi li jaffaċċjaw il-bdiewa Għawdxin. Il-ftuħ tal-Pitkalija f'Għawdex huwa suq ġdid kif ukoll investiment strateġiku li jsaħħaħ il-produzzjoni lokali, itejjeb l-aċċess għas-suq u jnaqqas dipendenzi mhux meħtieġa fuq sistemi barra l-gżira. Dan il-proġett se joħloq sistema aktar effiċjenti li tibbenefika kemm lill-produtturi kif ukoll lill-konsumaturi. Permezz ta' infrastruttura moderna u koordinazzjoni aħjar, qegħdin nistabbilixxu pedament b'saħħtu għall-futur tas-settur agrikolu f'Għawdex."

Iċ-Chief Business Development Officer tal-Malta Food Agency, Justin John Camilleri, qal “il-ftuħ tal-Pitkalija f'Għawdex huwa pass importanti lejn sistema agrikola aktar integrata u effiċjenti li tqiegħed lill-bdiewa fiċ-ċentru tagħha. Dan il-proġett qiegħed inaqqas dipendenzi operattivi mhux meħtieġa u joħloq suq aktar aċċessibbli u sostenibbli għal produzzjoni lokali. Fl-istess ħin, iġib miegħu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali fosthom il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda u s-sostenn lill-għajxien rurali, sat-tnaqqis tal-impatt ambjentali permezz ta' katini ta' provvista iqsar. Dan huwa investiment strateġiku li jsaħħaħ ir-reżiljenza ta' Għawdex u jpoġġi pedament sod għall-futur tas-settur agrikolu kif ukoll is-settur tal-ikel."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Pitkalija ġdida f’Għawdex biex tissaħħaħ il-katina agrikola u l-ekonomija lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Pitkalija ġdida f’Għawdex biex tissaħħaħ il-katina agrikola u l-ekonomija lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Pitkalija ġdida f’Għawdex biex tissaħħaħ il-katina agrikola u l-ekonomija lokali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow