Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jilqa' lill-President tal-Parlament Ewropew f'żjara ta' korteżija

PR260829
Date Icon 11/05/2026


L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, illum laqa' lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, fil-Parlament ta' Malta, fi żjara ta' korteżija.

L-Ispeaker enfasizza li l-paċi ma tistax tibqa' biss aspirazzjoni jew dikjarazzjoni politika, iżda trid tiġi mfittxija permezz ta' azzjoni konkreta u kontinwa. Huwa sostna li huwa ferm aktar faċli li wieħed jirrikorri għall-konfront milli jaħdem bis-serjetà għall-paċi, iżda li l-istituzzjonijiet parlamentari għandhom jibqgħu jippromwovu d-djalogu, il-prevenzjoni u l-ġustizzja.

Huwa rrimarka wkoll li l-parlamenti m'għandhomx ikunu spettaturi quddiem il-kunflitti, iżda vuċijiet attivi favur il-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett lejn id-dritt internazzjonali u l-protezzjoni taċ-ċivili, b'mod partikolari tat-tfal, l-anzjani, il-familji u dawk l-aktar vulnerabbli.

L-Ispeaker tenna li Malta, bħala stat newtrali u Mediterranju, għandha tkompli tagħti sehemha favur id-djalogu, il-medjazzjoni u l-kooperazzjoni, filwaqt li fakkar li l-kunflitti ma jibqgħux magħluqa fil-fruntieri tagħhom, iżda jwasslu għal konsegwenzi umanitarji, ekonomiċi u soċjali usa'.

Il-President Metsola rringrazzjat lill-Ispeaker għall-impenn tiegħu favur djalogu miftuħ bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament Malti. “Ftit ġimgħat qabel il-ftuħ ta' leġiżlatura ġdida, kellna l-opportunità niddiskutu l-isfidi u l-opportunitajiet li Malta, Għawdex u l-Ewropa għandhom quddiemhom, u kif nistgħu nqarrbu aktar il-ħidma tal-Parlament Ewropew ma' dik tad-Deputati fil-Parlament Malti, biex l-Ewropa tinħass aktar qrib il-familji, iż-żgħażagħ u l-anzjani Maltin u Għawdxin," qalet il-President tal-Parlament Ewropew.

Iż-żewġ naħat qablu dwar l-importanza li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni parlamentari, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell internazzjonali, sabiex il-parlamenti jkollhom rwol aktar b'saħħtu fil-promozzjoni tal-paċi, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fil-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia temm jgħid li l-paċi għandha tkun aġenda parlamentari permanenti: mhux reazzjoni wara li tfaqqa' l-gwerra, iżda impenn qabel ma tintilef aktar ħajja umana.

Ritratti (SPK)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jilqa' lill-President tal-Parlament Ewropew f'żjara ta' korteżija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jilqa' lill-President tal-Parlament Ewropew f'żjara ta' korteżija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow