Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala

pr260822
Date Icon 09/05/2026

Il-Ġimgħa ġie inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata, wara xogħol estensiv ta’ riġenerazzjoni f’din iż-żona.  Dan il-proġett jifforma parti minn ħidma infrastrutturali usa’ li għaddejja f’din il-lokalità mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Fil-fatt, dan il-proġett jinsab ftit passi ’l bogħod mill-Bajja ta’ San Tumas fejn bħalissa għaddejja l-ħidma biex jitlesta x-xogħol biex tkun tista’ titgawda aħjar fix-xhur tas-Sajf. L-istess f’parti oħra ta’ din il-lokalità fejn qed toqrob it-tlestija tal-ewwel fażi tar-riġenerazzjoni tal-promenade. 

Iż-żona tal-Ġnien tal-Fajtata għaddiet minn trasformazzjoni estensiva tul dawn l-aħħar xhur li wasslet għal spazju aktar modern, sigur u addattat għall-familji. Fost ix-xogħlijiet li saru kien hemm titjib fiż-żona tal-logħob għat-tfal, bl-installazzjoni ta’ strutturi ġodda u tined għad-dell, bankijiet u mwejjed ġodda, kif ukoll għamara oħra madwar il-ġnien kollu. Sar ukoll refurbishment komplut tat-toilets pubbliċi, filwaqt li nbidlu s-sistemi tad-dawl u r-railings sabiex tiżdied is-sigurtà u titjieb l-esperjenza ta’ dawk li jużaw iż-żona. 

Il-proġett inkluda wkoll il-bini mill-ġdid tal-passaġġi, tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda, kif ukoll installazzjoni ta’ sistema moderna ta’ irrigazzjoni biex jinżamm il-ġnien f’kundizzjoni aħjar matul is-sena kollha. Parti importanti oħra kienet l-installazzjoni ta’ rampa ġdida biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw iż-żona tal-blat ħdejn il-baħar b’mod aktar faċli u sigur. Barra minn hekk, sar xogħol fuq il-parkeġġ fiż-żona ta’ fuq tal-ġnien permezz ta’ materjal li jikkumplimenta aħjar in-natura tal-madwar. Minkejja l-isfidi li nħolqu sforz il-maltemp qalil matul ix-xitwa, il-proġett tlesta fil-ħin sabiex ikun jista’ jitgawda hekk kif beda joqrob is-sajf.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett spjega kif dan l-investiment huwa parti minn viżjoni usa’ għal Wied il-Għajn, fejn bħalissa għaddejjin diversi interventi oħra sabiex il-lokalità tkompli tissebbaħ u titjieb. Huwa elenka id-diversi proġetti li għaddejjin bħalissa f’Marsaskala fosthom il-bini mill-ġdid taż-żona tal-arkati biex tissaħħaħ is-sigurtà, il-preparamenti infrastrutturali biex Marsaskala tingħaqad mal-bqija tan-netwerk ta’ Tallinja bil-Baħar, il-kontinwazzjoni tar-riġenerazzjoni tal-promenade u tal-playing area, kif ukoll xogħlijiet ta’ protezzjoni tul il-kosta tal-Bajja ta’ San Tumas. Dan filwaqt li qed jinbnew mill-ġdid numru ta’ toroq madwar il-lokalità kollha. “L-Iskalin u n-nies min-nofsinhar ta’ Malta jixirqilhom postijiet u żoni miftuħa fejn flimkien mal-familji tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-ġmiel naturali u l-kosta Maltija. F’Wied il-Għajn, qed ninvestu bil-kbir biex dan ir-raħal pittoresk jingħata l-importanza li jixraqlu, għall-ġid tar-residenti u dawk kollha li jiffrekwentawh matul is-sena kollha” temm jgħid il-Ministru Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala bħala parti mir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow