Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim għal trasferiment ta’ art lill-Għaqda Sajjieda Dilettanti Sliema

pr260821
Date Icon 09/05/2026

Permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, SportMalta qed tgħaddi b’titolu t’enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 45 sena b’effett mil-lum, boathouse fil-Bajja ta’ San Ġiljan, lill-Għaqda Sajjieda Dilettanti Sliema. 

Grazzi għas-sussidju ta’ 95% offrut mill-Gvern permezz ta’ SportMalta fuq l-akkwist ta’ artijiet, l-ammont totali ta’ kera li l-klabb se jħallas fis-sena huwa ta’ €489.40, minflok il-valur attwali ta’ €9,788. Il-ħlas taċ-ċens jitħallas lil SportMalta u jitqiegħed f’fond imsejjaħ Sports Fund li jkun amministrat minn SportMalta u li jiġi utilizzat għal aktar investiment mill-ġdid fl-isport lokali.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru Clifton Grima fakkar li fis-snin riċenti l-Gvern permezz ta’ SportMalta għadda art lil diversi assoċjazzjonijiet għal għan sportiv, u se jkompli jagħmel dan, għaliex jemmnu li l-assoċjazzjonijiet għandu jingħatalhom is-sostenn kollu li għandhom bżonn.

“Dan qed nagħmluh kemm fuq skala nazzjonali imma wkoll fuq skala ta’ klabbs, assoċjazzjonijiet u għaqdiet, biex b’hekk dawn il-klabbs u oħrajn qed ikabbru l-operat tagħhom imma wkoll biex ikollhom serħan tal-moħħ dwar l-isport u d-delizzju li jipprattikaw”, qal il-Ministru Grima.

L-iffirmar tal-ftehim tal-lum juri l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu. Il-Ministru Grima qal li ġew implimentati u se jkomplu jiġu implimentati inizjattivi li l-għan tagħhom huwa li l-klabbs, il-federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u għaqdiet ikollhom l-għodda u l-faċilitajiet biex ikompli jikbru.

B’dan il-ftehim issa l-klabb qiegħed f’pożizzjoni biex jamministra din l-art filwaqt li issa għandu inċentiv ewlieni biex jinvesti fil-faċilità.

Il-Ministru Grima qal li dan huwa ftehim ieħor li juri l-impenn tal-Gvern biex jgħin lill-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi f’kull livell. Huwa tkellem dwar id-diversi skemi ta’ għajnuna li qed jingħataw l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs biex dawn isaħħu l-ħidma tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim għal trasferiment ta’ art lill-Għaqda Sajjieda Dilettanti Sliema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim għal trasferiment ta’ art lill-Għaqda Sajjieda Dilettanti Sliema
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow