Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Art tal-Gvern li setgħet tinbena fuqha issa tlesta Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop għat-tgawdija tal-familji

PR260819
Date Icon 09/05/2026

Art f’Ħal Kirkop li kienet għall-bini ġiet trasformata fi spazju ieħor, wara xogħol imwettaq minn Project Green. Ġnien il-Koppin issa joffri lir-residenti spazju aċċessibbli u sostenibbli fil-komunità.

Il-ġnien ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mas-Sindku ta’ Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit, fil-preżenza tat-tim ta’ Project Green, u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop. L-ispazju jkopri 1,600 metru kwadru f’żona urbana tal-lokalità.

B’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro, saru diversi interventi biex dan is-sit jinbidel fi ġnien pubbliku. L-ispazju jinkludi viewing platform, mogħdijiet magħmula minn materjali riċiklabbli, żoni għall-ħxejjex aromatiċi, kif ukoll strutturi li jippromwovu l-pollinazzjoni u l-bijodiversità, fosthom insect hotel u anke logħob għat-tfal. 

F’dan il-proġett tħawlu 55 siġra matura, flimkien ma’ pjanti u siġar indiġeni, bil-għan li tissaħħaħ l-ekosistema lokali. Il-ġnien jinkludi sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika li taħdem permezz ta’ ġibjun ta’ 110 metru kubu, li sar apposta biex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-ilma. L-element ta’ sostenibbiltà ġie msaħħaħ ukoll permezz ta’ sistemi tal-elettriku li jaħdmu bl-enerġija solari.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li dan il-proġett huwa eżempju ċar ta’ kif art li setgħet tiġi żviluppata nbidlet fi spazju miftuħ għall-familji u r-residenti. “Din art li kienet immarkata għall-bini. Il-Gvern għamel wegħda li aktar komunitajiet ikollhom spazji miftuħa f’distanza ta’ 10 minuti mixi u identifikajna artijiet li flok jinbnew jistgħu jinbidlu f’ġonna u parks. Illum ir-residenti Koppin għandhom spazju miftuħ ġdid, b’elementi ambjentali u edukattivi, minflok aktar bini. Il-viżjoni tagħna hi li nkomplu noħolqu aktar spazji miftuħa fil-qalba tal-komunitajiet,” qalet il-Ministru Dalli.

Il-Perit tal-proġett, Cheryl Camilleri, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li dan l-ispazju issa qed jitgawda mir-residenti ta’ Ħal Kirkop. “Ġnien il-Koppin huwa spazju miftuħ b’elementi differenti u jista’ jintuża għal diversi attivitajiet. Huwa ġnien li jilqa’ lil kulħadd u li għandu jitgawda b’mod għaqli, sabiex jibqa’ jservi lill-komunità fis-snin li ġejjin,” qalet il-Perit Camilleri.

Is-Sindku ta’ Ħal Kirkop, Matthew Agius Zammit, qal li dan il-proġett huwa pass importanti għal-lokalità, hekk kif jagħti lir-residenti spazju ġdid fejn jistgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità f’ambjent aktar nadif u miftuħ. “Nixtieq nirringrazzja lill-Ministeru tal-viżjoni u l-impenn lejn żvilupp sostenibbli u komunitajiet aktar reżiljenti. Dan il-ġnien huwa eżempju ċar ta’ kif infrastruttura pubblika tista’ tinħoloq b’approċċ innovattiv u responsabbli, fil-maġġoranza tagħhom, maħduma minn materjal riċiklat u b’użu minimu ta’ riżorsi ġodda. Dan mhux biss inaqqas l-impatt ambjentali, iżda jippromwovi wkoll kultura ta’ sostenibbiltà li rridu naraw tikber fil-komunità tagħna. Il-ftuħ ta’ Ġnien il-Koppin f’Triq Nerik Scerri mhuwiex biss spazju ġdid, iżda simbolu ta’ għażla ċara favur il-ġid komuni. Il-Gvern għażel li, flok ibigħ jew jiżviluppa dan is-sit li seta’ jinkludi madwar 11-il blokk ta’ bini, joħloq pulmun aħdar ġdid fil-qalba tar-raħal tagħna. Dan huwa investiment konkret fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti u fil-futur sostenibbli ta’ Ħal Kirkop,” qal is-Sindku Matthew Agius Zammit. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Art tal-Gvern li setgħet tinbena fuqha issa tlesta Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop għat-tgawdija tal-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Art tal-Gvern li setgħet tinbena fuqha issa tlesta Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop għat-tgawdija tal-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Art tal-Gvern li setgħet tinbena fuqha issa tlesta Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop għat-tgawdija tal-familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Art tal-Gvern li setgħet tinbena fuqha issa tlesta Ġnien il-Koppin f’Ħal Kirkop għat-tgawdija tal-familji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow