Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali 2026-2030

pr260814
Date Icon 08/05/2026

Il-Gvern illum nieda uffiċjalment l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali 2026–2030, li tistabbilixxi viżjoni ċara biex jissaħħu s-servizzi, il-prevenzjoni u d-drittijiet relatati mas-saħħa sesswali u riproduttiva f’Malta u Għawdex.

Waqt it-tnedija, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela sostna li din l-istrateġija hija msejsa fuq l-evidenza u fuq approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dr Abela enfasizza li, minkejja l-progress miksub permezz tal-ewwel strateġija nazzjonali, matul iż-żmien jinħolqu sfidi ġodda li jkunu jeħtieġu rispons koordinat.

L-istrateġija tinkludi numru ta’ miżuri li diġà bdew jiġu implimentati, fosthom it-tisħiħ tas-servizzi ġenitourinarji (GU Clinic), aktar aċċess għat-testing għall-HIV u infezzjonijiet trażmessi sesswalment, kif ukoll l-introduzzjoni bla ħlas tal-PrEP u l-estensjoni tas-servizz tal-PEP. Ġie mħabbar ukoll li fil-futur qrib ser jiġu introdotti diversi metodi moderni ta’ kontraċezzjoni bla ħlas, flimkien ma’ inizjattiva nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-kondoms.

Il-Ministru ħabbar ukoll li persuni transġeneri dalwaqt ser ikunu jistgħu jiġu riferuti għal kirurġija ta’ affermazzjoni tal-ġeneru barra minn Malta permezz tas-servizzi pubbliċi tas-saħħa.

Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Gvern irċieva kontribuzzjonijiet minn entitajiet governattivi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u membri tal-pubbliku. Dawn il-kontribuzzjonijiet għenu biex tinħoloq strateġija aktar inklussiva u ffukata fuq il-bżonnijiet reali tal-persuni kollha li jgħixu jew iżuru Malta.

“Nappella għal kollaborazzjoni kontinwa bejn il-partijiet kollha sabiex Malta tkompli ssaħħaħ is-saħħa sesswali bħala pilastru importanti tas-saħħa pubblika u tal-benesseri tas-soċjetà. B’hekk naċċertaw li tkompli tiġi salvagwardjata saħħet l-Għawdxin u l-Maltin”, temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali 2026-2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali 2026-2030
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow