Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI €1 miljun għall-iskema tal-Agroforestrija biex ikompli jissaħħaħ is-settur agrikolu

PR260813
Date Icon 08/05/2026

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda t-tieni sejħa tal-Iskema tal-Agroforestrija għall-bdiewa tal-art, inizjattiva mmirata biex tkompli ssaħħaħ il-viżjoni tal-Gvern għal settur agrikolu aktar sostenibbli, reżiljenti u innovattiv.

Din l-iskema tikkonċerna għajnuna mill-Istat għall-istabbiliment ta' sistemi agroforestali, jiġifieri sistemi fejn is-siġar jitkabbru flimkien mal-produzzjoni agrikola fuq l-istess art. L-għan ewlieni huwa li titjieb il-kwalità tal-ħamrija, tiżdied il-bijodiversità u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur agrikolu għall-isfidi tat-tibdil fil-klima.

Is-sejħa hija sostnuta b'baġit globali ta' €1 miljun, iffinanzjat kompletament minn fondi nazzjonali. Kull bidwi eliġibbli jista' jibbenefika minn €8,000 għal kull ettaru, sa massimu ta' ettaru wieħed.

L-appoġġ ikopri l-ispejjeż relatati mal-istabbiliment tas-sistemi agroforestali, inkluż it-tħawwil ta' siġar adattati għall-kundizzjonijiet lokali pedoklimatiċi u ambjentali. Fost is-siġar eliġibbli hemm ukoll is-siġar taċ-ċitru, li għandhom valur agrikolu u kulturali importanti.

Sabiex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jkunu bdiewa b'azjendi agrikoli reġistrati mal-IACS u mal-ARPA, u jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar taħt l-attività NACE A 01.2. L-għelieqi eliġibbli jridu jkunu ta' mill-inqas tomna u jirrispettaw densità minima ta' tħawwil ta' 400 siġra kull ettaru.

Il-benefiċjarji huma marbuta li jżommu l-art u s-siġar f'kundizzjoni tajba għal perjodu ta' erba' snin mid-data tal-ħlas finali. Dan jinkludi manutenzjoni regolari u attività minima fuq l-art, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' evidenza permezz tal-app BiedjaCam, b'ritratti ġeolokalizzati fuq bażi annwali.

Il-Ministru Anton Refalo qal li din l-iskema hija pass importanti lejn agrikoltura aktar sostenibbli u intelliġenti. Huwa sostna li l-Gvern qed jinvesti f'miżuri konkreti li mhux biss jgħinu lill-bdiewa llum, iżda wkoll jipproteġu r-riżorsi naturali għall-ġenerazzjonijiet futuri. Żied li l-użu ta' teknoloġija moderna jkompli jsaħħaħ it-trasparenza u l-effiċjenza fis-settur.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fil-Front Office tal-ARPA sa mhux aktar tard mid-29 ta' Mejju 2026 u se jiġu evalwati fuq bażi ta' min japplika l-ewwel sakemm jintlaħaq il-baġit allokat. Huwa importanti li wieħed jinnota li x-xogħol relatat mal-istabbiliment tas-sistema ma jistax jibda qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni.

Għelieqi li diġà għandhom impenji taħt AECC 5 mhumiex eliġibbli għal din l-iskema.

Il-Ministru Refalo temm jgħid li din hija opportunità konkreta għall-bdiewa biex jinvestu fil-futur tagħhom u fl-istess ħin jikkontribwixxu għal ambjent aktar b'saħħtu u sostenibbli. Huwa ħeġġeġ lill-bdiewa kollha eliġibbli biex japplikaw fil-ħin u jieħdu vantaġġ minn din l-inizjattiva.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI €1 miljun għall-iskema tal-Agroforestrija biex ikompli jissaħħaħ is-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI €1 miljun għall-iskema tal-Agroforestrija biex ikompli jissaħħaħ is-settur agrikolu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow