STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jinħareġ it-tielet u l-aħħar pagament ta’ kumpens għall-vittmi tat-Thalidomide
Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat iħabbar li l-maġġoranza tal-vittmi tal-pillola Thalidomide li kienu eliġibbli għall-kumpens imħabbar mill-Gvern, se jkunu qed jirċievu t-tielet u l-aħħar parti tal-kumpens tagħhom sa tmiem din il-ġimgħa, skont kif previst taħt l-iskema ta' kumpens approvata. Bejniethom, dawn l-applikanti se jkunu qed jirċievu pagament ta' aktar minn €300,000.
Fl-istess waqt, skatta l-eżerċizzju ta' screening (pre-assessments) tal-applikazzjonijiet ġodda riċevuti wara s-sejħa mnedija aktar kmieni din is-sena għal dawk li ma kinux applikaw fl-ewwel sejħa. Dan l-eżerċizzju ta' skrutinju jista' jsir a bażi tal-kunsens tal-applikanti lill-esperti mediċi sabiex jaċċessaw r-rekords mediċi tagħhom fl-Isptar Mater Dei biex isiru l-verifiki neċessarji fuq kundizzjonijiet ikkawżati mill-mediċina Thalidomide.
Dan l-iżvilupp jikkonferma li din hija wegħda oħra imwettqa bis-sħiħ u fiż-żmien stipulat, b'reazzjoni ċara għall-ħtieġa ta' ġustizzja, rikonoxximent u dinjità lejn dawk li ġew affettwati minn din it-traġedja storika.
Il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jindirizza inġustizzji tal-passat b'mod serju, trasparenti u responsabbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN