Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Jinħareġ it-tielet u l-aħħar pagament ta’ kumpens għall-vittmi tat-Thalidomide

pr260809
Date Icon 08/05/2026

Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat iħabbar li l-maġġoranza tal-vittmi tal-pillola Thalidomide li kienu eliġibbli għall-kumpens imħabbar mill-Gvern, se jkunu qed jirċievu t-tielet u l-aħħar parti tal-kumpens tagħhom sa tmiem din il-ġimgħa, skont kif previst taħt l-iskema ta' kumpens approvata. Bejniethom, dawn l-applikanti se jkunu qed jirċievu pagament ta' aktar minn €300,000.

Fl-istess waqt, skatta l-eżerċizzju ta' screening (pre-assessments) tal-applikazzjonijiet ġodda riċevuti wara s-sejħa mnedija aktar kmieni din is-sena għal dawk li ma kinux applikaw fl-ewwel sejħa.  Dan l-eżerċizzju ta' skrutinju jista' jsir a bażi tal-kunsens tal-applikanti lill-esperti mediċi sabiex jaċċessaw r-rekords mediċi tagħhom fl-Isptar Mater Dei biex isiru l-verifiki neċessarji fuq kundizzjonijiet ikkawżati mill-mediċina Thalidomide.

Dan l-iżvilupp jikkonferma li din hija wegħda oħra imwettqa bis-sħiħ u fiż-żmien stipulat, b'reazzjoni ċara għall-ħtieġa ta' ġustizzja, rikonoxximent u dinjità lejn dawk li ġew affettwati minn din it-traġedja storika.

Il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jindirizza inġustizzji tal-passat b'mod serju, trasparenti u responsabbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow