STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li lbieraħ is-7 ta' Mejju, 2026, l-ewwel jum allokat għan-nomini ta' kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali, irċeviet dawn in-nomini. Dettalji jinstabu wkoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali fuq dan il-link https://electoral.gov.mt/NominationsDashboard/ElectionList/ShowNominations/271
Nomini ppreżentati minn:
| Kunjom | Isem | Partit | Distrett |
| Bonnici | Nazzareno | Kandidat Indipendenti | 3 |
| Bonnici | Nazzareno | Kandidat Indipendenti | 6 |
| Bonnici | Owen | Partit Laburista | 3 |
| Bonnici | Owen | Partit Laburista | 5 |
| Azzopardi | Charles | Partit Nazzjonalista | 7 |
| Azzopardi | Charles | Partit Nazzjonalista | 12 |
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati prospettivi li s-sottomissjoni tan-nomini tagħlaq fis-7:00 pm tat-Tnejn, 11 ta' Mejju, 2026. Kull kandidat għandu jiżgura ruħu li sa dak il-ħin ikun laħaq lesta l-proċess tas-sottomissjoni tiegħu jekk ikun qed japplika b'mod elettroniku, jew f'każ ta' sottomissjoni personali, il-kandidat huwa avżat li għandu jiżgura li jkun fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mhux iktar tard minn dak il-ħin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN