STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
Fl-aħħar ġimgħat saret talba mill-General Workers' Union li tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm dawk fis-servizz u dawk irtirati, dwar anomalija u sigħat żejda maħduma fil-passat bejn is-sena 1994 u t-twaqqif tal-Aġenzija.
Din l-anomalija ġiet imbagħad indirizzata permezz ta' żewġ ftehimiet kollettivi. Wara kunsiderazzjoni tat-talba, ġie deċiż li dawn il-ħaddiema jkunu kumpensati għas-sigħat żejda maħduma u li ma tħallsux għalihom.
Għalhekk il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol javża illi dawk il-ħaddiema li servew għal iżjed minn ħames snin bħala Uffiċjali Korrettivi fil-perjodu msemmi, għandhom iressqu t-talba tagħhom billi jimlew il-formola ppubblikata flimkien ma' din l-istqarrija, għall-evalwazzjoni mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol sa mhux aktar tard mit-Tnejn 8 ta' Ġunju 2026 b'email lil permsec.mhse@gov.mt jew bil-posta indirizzata lill-Bord ta' Evalwazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti MHSE, 35, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.
L-eredi tal-ħaddiema huma intitolati wkoll li jagħmlu t-talba.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN
PR260798a.pdf