Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imnedija l-iskema IVOS għal proġetti minn għaqdiet volontarji fil-komunità li jsaħħu r-rabtiet ġenerazzjonali

PR260795
Date Icon 06/05/2026


Skema ġdida ta' kważi miljun ewro għall-għaqdiet volontarji

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), ħabbar it-tnedija ta' skema ġdida bl-isem ta' Intergenerational Voluntary Organisations Scheme (IVOS), b'valur ta' kważi miljun ewro. Din hija mmirata lejn it-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet differenti, permezz ta' proġetti komunitarji mmexxija mis-settur volontarju. Kull proġett jista' japplika għall-massimu ta' €30,000 f'fondi li jinvestu direttament f'inizjattivi li jippromwovu s-solidarjetà, il-parteċipazzjoni u esperjenzi bejn il-ġenerazzjonijiet.

It-tnedija tal-IVOS tirrifletti l-impenn ta' Malta sabiex tibni soċjetà aktar inklussiva billi toħloq spazji għal kollaborazzjoni, tagħlim u appoġġ reċiproku bejn il-ġenerazzjonijiet.


It-tnedija ta' din l-iskema saret mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.

L-iskema hija wkoll allinjata mal-prijoritajiet tal-Viżjoni Malta 2050, li tidentifika l-bidla demografika, il-benesseri soċjali u t-tisħiħ taż-żgħażagħ fost l-isfidi strateġiċi fit-tul tal-pajjiż. Fl-istess waqt, tappoġġja wkoll l-għanijiet tal-International Year of Volunteers for Sustainable Development 2026, inizjattiva globali li tenfasizza r-rwol essenzjali tal-volontarjat fil-promozzjoni tal-inklużjoni, ir-reżiljenza, il-parteċipazzjoni ċivika u impatt sostenibbli.


Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “din l-iskema mhijiex biss investiment finanzjarju, iżda investiment dirett fin-nisġa soċjali ta' pajjiżna. Illum aktar minn qatt qabel, qed naraw bidliet demografiċi li jitolbu rispons u viżjoni ċara. B'IVOS, qed nagħtu pjattaforma konkreta biex iż-żgħażagħ u l-anzjani jaħdmu id f'id, jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jibnu sens ġdid ta' solidarjetà nazzjonali. Dan huwa pass importanti fil-ħidma tagħna biex noħolqu soċjetà aktar ġusta, inklussiva u reżiljenti, fejn ħadd ma jitħalla lura u fejn il-kontribut ta' kull ċittadin jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ. Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, qed inwasslu politika li tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru u li tħares lejn il-futur b'responsabbiltà u ambizzjoni."

Min-naħa tiegħu, Mauro Pace Parascandalo, qal li, “Din hija skema ġdida, u huwa ta' pjaċir li nkomplu naraw il-Kunsill isaħħaħ is-sapport tiegħu lejn is-settur volontarju u fl-istess ħin jippromwovi l-involviment ċiviku ta' ġenerazzjonijiet differenti. Issa nħarsu 'l quddiem sabiex naraw xi proġetti ser ikunu qed jidħlu ħalli nibdew inħossu l-impatt tagħhom fil-komunitajiet tagħna."


Bħall-fondi kollha tal-MCVS, l-għaqdiet li japplikaw iridu jkunu reġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Aktar dettalji, kriterji ta' eliġibbiltà u linji gwida dwar l-applikazzjoni se jitħabbru mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju fil-ġimgħat li ġejjin u ser ikunu disponibbli fuq vofunding.org.mt.

Ritratti: MIV

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imnedija l-iskema IVOS għal proġetti minn għaqdiet volontarji fil-komunità li jsaħħu r-rabtiet ġenerazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imnedija l-iskema IVOS għal proġetti minn għaqdiet volontarji fil-komunità li jsaħħu r-rabtiet ġenerazzjonali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow