Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Eurostat jikkonferma li Malta b’fost l-orħos prezzijiet tal elettriku fl Ewropa

pr260790
Date Icon 05/05/2026

L aħħar statistika dwar il prezzijiet tal elettriku, ippubblikata mill Eurostat għat tieni nofs tas sena 2025, tikkonferma li l familji Maltin għadhom igawdu minn prezzijiet tal elettriku ferm aktar baxxi meta mqabbla mal bqija tal pajjiżi Ewropej.

Meta l prezzijiet tal elettriku jitkejlu skont l Istandard tal-Kapaċità għall-Infiq (Purchasing Power Standards – PPS), Malta tikklassifika fl ewwel post fl Unjoni Ewropea bħala l pajjiż bl inqas piż fuq il familji. 

Malta hija l-aktar affordabbli wara li jitqies d-dħul tal-familji u l-għoli tal-ħajja, meta mqabbla ma’ livelli ferm ogħla f’pajjiżi bħar-Rumanija u r-Repubblika Ċeka, li huma kważi tliet darbiet għola. Dan jikkonferma li l-prezzijiet tal-elettriku jibqgħu fost l-orħos għall-familji Maltin. 

Meta kkummentat dwar din l istatistika, il Ministru għall Ambjent, l Enerġija u l Indafa Pubblika, Miriam Dalli, qalet: “L istabbiltà fil prezzijiet tibqa’ prijorità għalina għax tagħti ċertezza lill familji u lin negozji fil ħajja ta’ kuljum tagħhom. Fi żmien meta ħafna pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw żidiet qawwija u instabbiltà fil prezzijiet tal enerġija, Malta rnexxielha żżomm il prezzijiet tal elettriku stabbli. Dan jirrifletti l viżjoni fit tul tagħna dwar l enerġija, li tiffoka fuq il ħarsien tal konsumaturi filwaqt li se nibqgħu ninvestu f’sorsi ta’ enerġija aktar nodfa u sostenibbli.”

Id data tal Eurostat turi wkoll li, minn mindu bdiet is sena 2020, diversi pajjiżi Ewropej esperjenzaw żidiet sinifikanti fil prezzijiet tal elettriku. Malta, madankollu, irnexxielha tevita dawn iż żidiet fil-prezzijiet, u dan juri kemm il qafas nazzjonali tal enerġija huwa b’saħħtu, kif ukoll l enfasi fuq ippjanar fit tul.

Din l istatistika qed terġa’ tikkonferma l impenn kontinwu tal Gvern li jħares lill konsumaturi, jappoġġja l attività ekonomika u jsaħħaħ is sigurtà tal enerġija, anke fid dawl tal pressjonijiet ġeopolitiċi fuq is suq tal enerġija li bħalissa qed jaffettwaw lill Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow