AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-Prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat, minħabba li nstab li fih il-pestiċida 'chlorpyrifos'.
'Chlorpyrifos' hija sustanza pprojbita fl-Unjoni Ewropea.
| Prodott: | 'Whole Dhania Coriander Seeds'/ Żerriegħa sħiħa tal-kosbor | |
| Ditta: | TRS Asia's Finest Foods | |
| Numru tal-lott: | 5 226 L4 | |
| Użin: | 100g | |
| Data tad-durabbiltà: | 08/2027 |


Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN