Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026

PR260783
Date Icon 04/05/2026

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tal-1 ta’ Mejju, 2026, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal Dokument għall-Votazzjoni Speċjali. Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:

mit-Tnejn sal-Ħadd:

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Is-Sibt, it-23 ta’ Mejju 2026:

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sal-10.00 p.m.

Mill-Ħadd, l-24 ta’ Mejju sal-Erbgħa, is-27 ta’ Mejju 2026 (l-aħħar jum): 

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefown f’Malta 2558 3132 u f’Għawdex 2558 3220.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow