Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026

pr260771
Date Icon 02/05/2026

Nomini ta’ Kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser jirċievu nomini ta’ kandidati onlajn għall-Elezzjoni Ġenerali mill-Ħamis, 7 ta’ Mejju fid-9.00 a.m. sat-Tnejn, 11 ta’ Mejju, 2026, fis-7.00 p.m. (ħin ta’ Malta).  Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tas-sit web www.electoral.gov.mt  Hawnhekk tinstab għajnuna kif għandha ssir applikazzjoni onlajn.  Kandidati li jagħżlu li ma’ jħallsux id-depożitu ta’ disgħin euro (€90) onlajn iridu jassiguraw illi jagħmlu dan bl-idejn sa mhux aktar tard mis-7.00 p.m tal-11 ta’ Mejju, 2026.

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw ukoll illi ser jirċievu nomini ta’ kandidati fl-Uffiċċju tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, minn nhar il-Ħamis is-7, il-Ġimgħa t-8, is-Sibt id-9, il-Ħadd l-10 u t-Tnejn il-11 ta’ Mejju, 2026, mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali ppubblikat fl-1 ta’ Mejju, 2026.   F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku jew Kummissarju tal-Ġuramenti.  Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija u jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-Kummissjoni Elettorali minn https://electoral.gov.mt/nominations.

Il-kandidati huma infurmati li t-teħid ta’ ritratti jew filmati waqt il-proċess tas-sottomissjoni tan-nomini ser ikun ristrett. 

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta t-12 ta’ Mejju, 2026, fl-istess ħinijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow