Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

pr260770
Date Icon 02/05/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b-informazzjoni addizzjonali li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi hawn taħt m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà tal-preżenza ta' 'cereulide' (tossina) li tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.

'Cereulide' hija tossina prodotta minn ċerti tipi ta' 'Bacillus cereus'. 'Cereulide' hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x'aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda waqt it-tisjir, bl-użu ta' ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista' twassal malajr għal sintomi ta' avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta' żaqq.

Prodott:Cow & Gate Hungry First Infant Milk from Birth
Użin:800g
Data tad-durabilità:

22-09-2026

Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow