Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta' Malta

PR260762
Date Icon 30/04/2026

Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

  L-Eċċellenza Tiegħu Tord Tukun, Ambaxxatur tar-Renju tan-Norveġja 

  L-Eċċellenza Tagħha Tamara Liluashvili, Ambaxxatriċi tal-Ġorġja

  u

  L-Eċċellenza Tiegħu Genaro Fausto Lozano Valencia, Ambaxxatur għall-Istati Uniti tal-Messiku.

Waqt taħdita mal-Ambaxxatur Norveġiż, iż-żewġ naħat tkellmu dwar ir-relazzjoni b'saħħitha msejsa fuq valuri komuni, partikularment id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-kooperazzjoni multilaterali. Ġew diskussi wkoll opportunitajiet biex tiġi msaħħa l-kollaborazzjoni f'oqsma bħat-turiżmu, il-konnettività u l-affarijiet marittimi.

Minn naħa tagħha, l-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet l-appoġġ finanzjarju tal-EEA and Norway Grants, li permezz tiegħu n-Norveġja appoġġat inizjattivi kulturali u soċjali fosthom fl-oqsma taż-żgħażagħ, saħħa u inklużjoni.

Fil-laqgħa mal-Ambaxxatriċi tal-Ġorġja, id-diskussjonijiet iffokaw fuq il-valuri komuni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, partikularment fin-Nazzjonijiet Uniti u fl-appoġġ lill-Ukrajna u l-Palestina.

Il-President ħeġġet biex jiġu esplorati opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-oqsma kulturali, edukattivi, kummerċjali u turistiċi biex jikber il-kuntatt bejn iż-żewġ popli.

Matul il-laqgħa bejn l-Ambaxxatur tal-Istati Uniti tal-Messiku, iż-żewġ naħat esprimew impenn komuni biex isaħħu l-kooperazzjoni, partikularment fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp soċjali.

Ġew diskussa wkoll opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fit-turiżmu, il-kummerċ u l-isforzi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi globali.

Il-President Myriam Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi  għall-ħatra tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta' Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow