Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizzi Pubbliċi Aktar Qribek

PR260761
Date Icon 30/04/2026

Imħabbra inizjattivi ġodda hekk kif Servizz.gov iniedi strateġija ġdida ta' 3 snin

Servizz.gov nieda strateġija ġdida ta' tliet snin, bl-għan li ttejjeb l-għoti tas-Servizz u tqarreb dejjem aktar is-servizzi governattivi lejn il-pubbliku.

L-istrateġija 'Servizzi. Aktar Qribek' telenka 10 inizjattivi konkreti biex tilħaq dan l-għan:

  1. Inizjattivi ta' inklussività għal klijenti li ma jistgħux jaċċessaw is-servizzi
  2. Sit elettroniku ġdid b'esperjenza personalizzata tal-utenti
  3. L-użu kontinwu ta' riċerka u data fl-operat għal titjib kontinwu
  4. L-integrazzjoni tal-pjattaformi kollha bl-istess kwalità ta' servizz
  5. Fora strateġiċi ġodda għall-stakeholders għal aktar kollaborazzjoni
  6. Focus groups regolari għal feedback, taħriġ u titjib kontinwu
  7. Komunikazzjoni effettiva u mmodernizzar taċ-ċentri
  8. Ippjanar strateġiku fit-tul
  9. Tisħiħ tal-governanza u l-kwalità 
  10. Empowerment u involviment tal-impjegati

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li b'din l-istrateġija se jkompli l-immodernizzar u titjib tas-servizzi pubbliċi. Qal li s-servizz mhux biss se jibqa' jasal għand in-nies, iżda li s-servizz jibda jmur għand in-nies ġo djarhom. Waqt li kien qed jindirizza impjegati u stakeholders tal-aġenzija, fakkar kif meta persuna tapplika għal servizz u tinqeda, jħalli impatt pożittiv dirett fuq il-familja kollha.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Servizz.gov, Massimo Vella semma kif fl-aħħar 10 snin l-aġenzija ttrasformat l-għoti tas-servizzi pubbliċi, minn punt wieħed ta' kif tinqeda għal sistema mifruxa mal-pajjiż kollu, fosthom b'ċentri fil-lokalitajiet, soluzzjonijiet varji u pjattaformi diġitali. Qal li b'din l-istrateġija ambizzjuża, Servizz.gov qed ikompli jħares 'il quddiem, u jagħmel użu mill-Intelliġenza Artifiċjali u għodod oħra ġodda biex l-għoti tas-servizz jiġi aktar personalizzat u ffukat fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

L-istrateġija 'Servizzi. Aktar Qribek' tista' tiġi aċċessata minn:  https://tinyurl.com/yeysnx6j

Newscut:https://tinyurl.com/86mr5ejj

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizzi Pubbliċi Aktar Qribek
STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizzi Pubbliċi Aktar Qribek
STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Servizzi Pubbliċi Aktar Qribek
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow