STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa' applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar is-Sibt, 30 ta' Mejju, 2026.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu online (electoral.gov.mt/applynow) minn għada l-Erbgħa 29 ta' April mit-8:00am sal-Ħadd 3 ta' Mejju sat-8:00pm.
Min irid jista' jiġi fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds)fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta' Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex, minn għada l-Erbgħa 29 ta' April sal-Ħadd 3 ta' Mejju, bejn it-8.00am sas-1.00pm u mit-3:00pm u t-8:00pm. Applikanti għandhom jattendu personalment bil-karta tal-identità.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN