STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Kumitat Festi Esterni San Duminku fil-Birgu bbenefikaw minn fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar għar-restawr tal-faċċata u l-aperturi tagħhom
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, flimkien maċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg żaru s-sede tal-Kumitat Festi Esterni San Duminku fil-Birgu, li bbenefikaw minn fondi tad-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jirrestawraw il-faċċata u l-aperturi fi proġett li sar b'mod konġunt mal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll is-Sindku tal-Birgu, John Boxall.
Il-Ministru Clint Camilleri qal li, “Dan il-proġett huwa xhieda ċara ta' kif il-fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar jiġu investiti lura fil-komunitajiet tagħna biex jissaħħu l-wirt u l-identità lokali. Il-ħidma tal-Kumitat Festi Esterni San Duminku, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, turi kemm il-kollaborazzjoni twassal għal riżultati tanġibbli u ta' kwalità. B'dan ir-restawr mhux biss qed nippreservaw il-valur arkitettoniku tal-bini, iżda wkoll qed nagħtu spinta lill-ħajja kulturali u soċjali tal-Birgu. Kommessi li nkomplu nappoġġjaw inizjattivi bħal dawn li huma ta' benefiċċju dirett għan-nies u għal-lokalitajiet tagħna."
Il-Ministru Camilleri ppreżenta lill-għaqda bl-aħħar pagament li jingħata dejjem wara li jkun tlesta l-proġett.
Aktar informazzjoni fuq id-Development Planning Fund tinsab fuq https://pa.org.mt/development_planning_fund.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN