Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introduzzjoni ta’ mediċina innovattiva GLP-1 agonists

pr260745
Date Icon 27/04/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar pass importanti fis-servizz tas-saħħa pubblika bl-introduzzjoni ta' klassi ta' mediċina innovattiva msejħa GLP-1 agonists, li hija pruvata b'riżultati pożittivi fil-kontroll tad-dijabete u l-piż żejjed.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif wara evalwazzjoni bir-reqqa u konsultazzjoni ma' professjonisti tas-saħħa, ittieħdet deċiżjoni li l-Gvern jimxi b'approċċ responsabbli, ibbażat fuq evidenza xjentifika u sostenibbiltà fit-tul. Dr Abela qal li għad li din il-mediċina waħedha mhijiex biżżejjed, toffri l-aħjar kura farmaċewtika effettiva, li flimkien mal-eżerċizzju fiżiku, dieta bilanċjata u appoġġ multi dixxiplinarju twassal għal benesseri aħjar.

Il-Ministru spjega kif l-ewwel fażi ta' din l-inizjattiva se tkun immirata lejn madwar 2,000 pazjent bid-dijabete tat-Tip II u l-obeżità severa (Obesity Class 3 u 5 jew BMI ta' 40 u aktar). L-investiment għal din il-fażi huwa ta' madwar €5 miljun.

“Id-dijabete u l-obeżità għandhom impatt kbir fuq is-saħħa fiżika u mentali tal-individwi affetwati, kif ukoll fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Għalhekk, dan l-approċċ jindirizza lill-pazjent b'mod olistiku, u mhux biss kundizzjoni waħda", tenna Dr Abela.

Il-Ministru Abela qal li t-terapija se tkun akkumpanjata minn monitoraġġ kontinwu u appoġġ professjonali biex jiġu żgurati riżultati tajbin u sostenibbli. Fil-futur, l-inizjattiva se titwessa' b'mod gradwali biex tilħaq aktar pazjenti, dejjem b'attenzjoni fuq l-evidenza xjentifika u s-sostenibbiltà.

“Din il-miżura tirrifletti viżjoni moderna tas-saħħa pubblika li tpoġġi lill-pazjent fiċ-ċentru billi tgħaqqad l-innovazzjoni mar-responsabbiltà f'qafas ta' servizzi sostenibbli", temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Introduzzjoni ta’ mediċina innovattiva GLP-1 agonists
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow