STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa mad-Deputat Kmandant tal-Armata Nazzjonali Libjana, il-Logutenent Ġeneral Saddam Khalifa Abu al-Qasim Haftar
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri ltaqa’ f’Malta mad-Deputat Kmandant tal-Armata Nazzjonali Libjana (LNA), il-Logutenent Ġeneral Saddam Khalifa Abu al-Qasim Haftar.
F’din il-laqgħa, li saret matul il-jum tal-Ħadd, kienet diskussa r-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Relazzjoni li hi waħda mill-iktar tajba b’kollaborazzjoni kontinwa fuq diversi oqsma speċjalment dawk marbuta mal-oqsma tas-sigurtà.
Fil-fatt, fost it-temi diskussa f’din il-laqgħa kien hemm is-sigurtà, l-iskambju ta' informazzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-immigrazzjoni irregolari.
Il-Ministru Byron Camilleri tkellem dwar l-importanza ta’ dawn it-temi għaċ-ċentru tal-Mediterran u n-naħa ta’ isfel tal-Ewropa u kif din il-kooperazzjoni tista’ tħalli benefiċċji mhux biss lill-popli ta’ Malta u l-Libja iżda wkoll lir-reġjun kollu kemm hu.
Il-Ministru Byron Camilleri kien akkumpanjat fost oħrajn mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta Clinton J O’Neill, mill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Joe Bugeja u mill-Ambaxxatur Malcolm Cutajar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN