STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ fil-playingfield Tal-Ħali, in-Nadur
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mas-Sindku tan-Nadur Edward Said żaru u inawguraw il-proġett ta’ tisbiħ li sar fil-playingfield Tal-Ħali, magħruf ukoll bħala tar-Ramla fin-Nadur.
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri stqarr kif “dan l-investiment li sar fost l-oħrajn permezz ta’ fondi mid-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar ikompli jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet Għawdxin, filwaqt li jipprovdi spazji siguri u moderni fejn it-tfal jistgħu jilagħbu u jiżviluppaw.” Huwa żied jgħid li dawn il-proġetti juru impenn kontinwu lejn infrastruttura aħjar u sostenibbli għall-familji kollha.
Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li b’dan l-investiment, illum il-faċilitajiet tal-logħob għat-tfal f’dan il-post huma kollha ġodda, wara titjib li sar matul l-aħħar tliet snin fl-istess playingfield.
Dan il-playingfield li nfetaħ fis-sena 2000 matul is-snin gawda minn diversi investimenti fit-tagħmir u l-faċilitajiet tiegħu. Issa, il-Kunsill Lokali ħa fondi sabiex jinbidel il-multiplay structure b’waħda fost l-ikbar fil-gżira, struttura moderna u ta’ kwalità għolja, adattata għat-tfal minn età żgħira sa dawk ikbar. Flimkien ma’ dan, ġiet installata wkoll bażi ġdida u aktar sigura, b’cushion aktar fonda skont l-istandards, magħmula minn rubber ikkulurit li jikkumplimenta u jżid mal-estetika tal-istruttura.
Min-naħa tiegħu, is-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li l-Kunsill jemmen li postijiet rikreattivi għat-tfal għandhom ikunu tal-aqwa livell u għalhekk il-Kunsill ġab il-fondi bil-għan li jissebbaħ u jittejjeb dan il-playingfield.
Dan il-proġett sar b’investiment mill-Kunsill Lokali, b’kofinanzjament minn skema tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, kif ukoll fondi mill-Development Planning Fund (DPF) tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN