Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq

pr260740
Date Icon 26/04/2026

Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi li jinsabu fil-ġewwieni tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Dan il-proġett se jsir b’investiment ta’  €60,000,  kofinanzjat minn fondi mogħtija mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Bħala parti minn dan il-proġett ġie rrestawrat ukoll il-lavur mill-isbaħ fuq il-parti interjuri tal-Koppla.

Dan ix-xogħol kien neċessarju wara li l-pitturi tas-saqaf tmermru kważi kompletament, u għaldaqstant inħass il-bżonn li jkun hemm intervent dirett li jerġa’ jagħti l-ħajja lis-sbuħija artistika tal-parti tas-saqaf ta’ fuq l-artal.  Dawn l-interventi fuq il-pitturi saru mill-artist Manuel Farrugia.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal “Minħabba l-ħsara li ġarrbu l-pitturi għal diversi snin, ġie deċiż li għandhom isiru interventi artistiċi, b’mod li jkunu jikkumplimentaw l-opri artistiċi li diġà jeżistu fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.”

Huwa saħaq li b’dan il-mod il-wirt artistiku u reliġjuż fiż-Żurrieq se jkompli jitgawda bl-aqwa mod mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Ministru Bonnici tenna li l-Gvern kommess li jkompli jinvesti fl-arti reliġjuża f’pajjiżna u sostna li dan ix-xogħol jingħaqad ma’ kullana ta’ interventi li seħħew f’diversi knejjes u kappelli mifruxa madwar Malta kollha.

Il-pass li jmiss hu li jiġi żżarmat l-iscaffolding li jinsab armat fuq il-parti sovrastanti l-artal mill-Parroċċa stess.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima u l-Arċipriet Daniel Cardona.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow