Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet

PR260737
Date Icon 25/04/2026

Il-Ġimgħa filgħaxija, f’Villa Bighi l-Kalkara, ittellgħet attività mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali flimkien mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, fejn ġiet immarkata l-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet. 

L-attività kienet maqsuma fi tliet partijiet li rrappreżentaw il-passat, il-preżent u l-futur tal-qasam tal-gvern lokali. Fl-ewwel parti, preżentazzjoni awdjoviżiva ħadet lill-mistiedna lura fiż-żmien għall-ewwel forom ta’ gvernijiet lokali f’pajjiżna. Fit-tieni parti, permezz ta’ esebizzjoni, ġiet riflessa l-ħidma tal-kunsilli lokali fil-qalba tal-lokalitajiet, permezz ta’ diversi proġetti u servizzi mwettqa fl-aħħar snin.

L-aħħar parti ħarset lejn il-futur tal-kunsilli lokali mil-lenti ta’ żewġ żgħażagħ, Mariah Vella, ta’ għaxar snin, u Ilyas Ige Sultana, ta’ tnax-il sena. Mariah u Ilyas għamlu diskorsi fejn saħqu li l-ħidma tal-kunsilli lokali mhijiex biss biex ikollna pajjiż aħjar, iżda wkoll biex nibnu dinja aħjar. Dawn iż-żgħażagħ jagħmlu parti mill-programm RIGHTS immexxi mill-Malta Foundation for the Wellbeing of Society.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli saħqet li l-kunsilli lokali huma fil-qalba tal-ħajja komunitarja u evolvew b’mod sinifikanti matul is-snin. hija semmiet iż-żieda sostanzjali fil-fondi li l-gvern ta lill-kunsilli lokali kif ukoll l-iskemi u l-proġetti li twettqu u li qed iwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti. “Matul l-aħħar erba’ snin twettqu 31 skema b’investiment ta’ aktar minn €21 miljun, li wasslu għal numru kbir ta’ proġetti u attivitajiet fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b’benefiċċju dirett għar-residenti,” saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Is-segretarju parlamentari spjegat kif l-investiment fid-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-governanza tajba qed issaħħaħ il-kunsilli lokali biex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, filwaqt li jibnu komunitajiet aktar inklussivi, sostenibbli u viċin iċ-ċittadin. Hija fakkret fl-importanza tal-kollaborazzjoni ma’ entitajiet differenti u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tiswir tal-futur. “Il-ħidma tagħna ma tieqafx hawn. Il-mira li nwasslu komunitajiet aħjar għal ta’ warajna anke b’allinjament mal-Viżjoni Malta 2050 trid tkompli tpoġġi liċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-ħidma li nwettqu”, temmet tgħid Zerafa Civelli. 

Min-naħa tagħhom, ir-rappreżentanti tal-kunsilli tat-tfal wasslu riflessjoni dwar il-futur li jridu jaraw ibbażata fuq il-paċi, is-sostenibbiltà, il-parteċipazzjoni attiva tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-protezzjoni tat-tradizzjonijiet u li l-opportunitajiet għandhom jimxu id f’id mal-inklussività, is-sostenibbiltà u l-kwalità tal-ħajja.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imtella’ lejla ta’ apprezzament lejn il-ħidma tal-kunsilli lokali fil-komunitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow