STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 29 persuna jingħataw warrant fil-psikoloġija
29 persuna ngħataw warrant professjonali li se jfisser li minn issa jistgħu jipprattikaw il-professjoni tal-psikoloġija. Warrant illi mhux biss huwa awtorizzazzjoni legali iżda dikjarazzjoni pubblika ta’ fiduċja li s-soċjetà qed tqiegħed f’kull wieħed u waħda minn dawn il-gradwati.
Din il-professjoni kompliet tikber fl-importanza tagħha flimkien ma’ dixxiplini soċjali oħra, fid-dawl t’aktar domanda marbuta ma’ servizzi tal-qasam ta’ saħħa mentali.
F’ċerimonja l-Ġimgħa waranofsinhar, il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon fisser il-psikoloġija bħala essenzjali fl-isptarijiet, fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-komunitajiet tagħna.
“Dan il-warrant li qed tirċievu llum iġorr piż, iġorr responsabbiltà etika u professjonali. In-nies jiġu għandkom fl-aktar mumenti vulnerabbli tagħhom, f’mumenti ta’ kriżi u niket. L-empatija u d-dixxiplina tagħkom għandhom ikunu l-qafas ta’ dik l-għajnuna bi pjan individwali għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ kull intervent,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Min-naħa tagħha, iċ-chairperson tal-Bord tal-Psikoloġija, Priscilla Muscat, tkellmet dwar l-irwol ta’ dan il-Bord, sabiex jagħti aktar aċċessibbiltà għal servizzi psikoloġiċi. Hija fissret din il-ġurnata bħala l-bidu ta’ vjaġġ ta’ tagħlim, esperjenza u marka fil-ħajja ta’ dak l-individwu li verament jeħtieġ kompassjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN