Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jibda l-proġett pilota ‘Fish Fridays’ f’Marsaxlokk

pr260728
Date Icon 24/04/2026

Ingħata bidu għall-proġett pilota ‘Fish Fridays’ f’erba’ skejjel primarji madwar Malta. Dan il-proġett għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-konsum sostenibbli tal-ħut u jżid l-għarfien dwar l-importanza tiegħu bħala parti minn dieta bilanċjata.

F’dawn l-iskejjel saru sessjonijiet edukattivi mmexxija minn nutrizzjonisti, li indirizzaw lill-istudenti dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-ħut u l-importanza ta’ nutrizzjoni sana. Dawn is-sessjonijiet ingħataw lil tfal mill-Year 1 sal-Year 6, li tqassmu fi gruppi skont l-età sabiex tiġi ffaċilitata parteċipazzjoni aktar effettiva. Wara dawn is-sessjonijiet, it-tfal ingħataw porzjonijiet ta’ ikel ibbażat fuq il-ħut ippreparat apposta.

L-istudenti qed jinqasmu fi gruppi sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet jitmexxew b’mod effiċjenti u sigur, filwaqt li kull skola qed tadotta sistema ta’ rotazzjoni biex tilħaq lill-istudenti kollha. Din il-fażi pilota qed isservi biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni operattiva tal-proġett f’ambjent reali, bil-għan li fil-futur din l-inizjattiva tkun tista’ tiġi estiża għal aktar skejjel madwar il-pajjiż. 

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said qalet li, “Illum bdiet l-inizjattiva Fish Fridays, fejn żorna l-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk. Kont sodisfatta nara lit-tfal jieklu l-ħut u juru interess bil-mistoqsijiet u l-entużjażmu tagħhom. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tqajjem aktar kuxjenza u għarfien dwar il-bżonn li t-tfal jikkunsmaw aktar ħut fid-dieta tagħhom. Inħares ’il quddiem biex Fish Fridays tibda tidħol f’kull skola, sabiex jitkompla l-edukazzjoni dwar il-konsum tal-ħut fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar.”

Iċ-Chief Business Business Development Officer tal-Malta Food Agency, Justin John Camilleri, qal li llum ingħata bidu b’suċċess għall-proġett Fish Fridays, li ntlaqa’ tajjeb ferm mit-tfal. Huwa rringrazzja lill-Kap tal-Iskola u lill-għalliema għall-għajnuna tagħhom fl-organizzazzjoni tal-attività, kif ukoll lill-ġenituri li taw il-kunsens biex it-tfal ikunu jistgħu jduqu l-ħut. Camilleri żied li t-tfal urew interess u entużjażmu, kemm waqt is-smigħ dwar l-importanza u l-valur nutrittiv tal-ħut, kif ukoll meta kellhom l-opportunità jduquh huma stess.

Il-Kap tal-Iskola qalet li l-iskola f’Marsaxlokk ipparteċipat fil-proġett Fish Fridays, fejn l-istudenti ngħataw l-opportunità jduqu tipi differenti ta’ ħut u jitgħallmu dwar dieta bilanċjata. Hija żiedet li tittama li dak li tgħallmu t-tfal illum jasal ukoll fid-djar tagħhom, fejn jistgħu jaqsmu dan l-għarfien mal-ġenituri tagħhom u jkomplu jesploraw ikel differenti.

Din l-inizjattiva qed titwettaq permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Malta Food Agency u l-iskejjel parteċipanti. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jippromwovi dieta sana u sostenibbli fost it-tfal, filwaqt li jsaħħaħ is-settur tas-sajd u jżid l-għarfien dwar l-importanza tal-konsum tal-ħut fis-soċjetà Maltija.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jibda l-proġett pilota ‘Fish Fridays’ f’Marsaxlokk
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jibda l-proġett pilota ‘Fish Fridays’ f’Marsaxlokk
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jibda l-proġett pilota ‘Fish Fridays’ f’Marsaxlokk
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow