Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR F’laqgħa ta’ diskussjoni “Għal Għawdex” bit-tema “Edukazzjoni” ħarġet l-importanza li t-tfal mhux biss jitgħallmu f’ambjent sabiħ iżda wkoll li jkollhom ħiliet li jservuhom għall-ħajja ta’ kuljum

PR260726
Date Icon 24/04/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri indirizza laqgħa ta' diskussjoni “Għal Għawdex" bit-tema “Edukazzjoni" fl-Iskola Primarja tar-Rabat fejn tkellem fost l-oħrajn dwar ix-xogħol ta' tisbiħ u rinnovar li sar u qed isir fl-iskejjel madwar Għawdex. Lil hinn mill-bini tal-iskejjel, il-Ministru enfasizza l-importanza li t-tfal jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ekstrakurrikulari li jgħinuhom jitgħallmu mhux biss akkademikament imma wkoll il-ħiliet għall-ħajja ta' kuljum: “Inħeġġeġ ukoll it-tfal sabiex mhux biss jieħdu ħsieb li jkollhom ħiliet akkademiċi u diġitali iżda jinvolvu ruħhom f'attivitajiet bħal din tal-lum u f'organizzazzjonijiet barra mill-iskola li fihom ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom u jitgħallmu l-ħiliet għall-ħajja ta' kuljum."

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li bħalma ġiet rinnovata l-iskola tan-Nadur, inbniet mill-ġdid l-Iskola Primarja tar-Rabat u saru l-estensjoni u l-immodernizzar tal-Middle School fir-Rabat, qed ikomplu b'ritmu tajjeb ix-xogħlijiet ta' titjib u rinnovar fl-iskejjel madwar Għawdex, b'investimenti sostanzjali li għandhom l-għan li joffru ambjent edukattiv modern, sigur u addattat għall-bżonnijiet tat-tfal u l-edukaturi. Huwa fakkar li bħalissa għaddej rinnovar estensiv fl-iskejjel primarji f'Ta' Kerċem u ż-Żebbuġ filwaqt li se jibdew ukoll ix-xogħlijiet fl-iskola primarja tal-Għarb.

Waqt id-diskussjoni kienu bosta tfal mill-Kunsilli Studenteski minn diversi skejjel madwar Għawdex li għaddew is-suġġerimenti tagħhom. Meta mistoqsi mit-tfal tal-Iskola Primarja Ta' Kerċem dwar meta se tkun kompluta l-iskola tagħhom, il-Ministru wieġeb li din se tkun lesta għall-bidu tas-sena skolastika li jmiss, jiġifieri wara s-sajf, l-istudenti f'Ta' Kerċem se jidħlu lura fi skola modernizzata, bl-ACs, bħall-iskejjel il-ġodda kollha u se jkun hemm il-ground ukoll modernizzat.

Min-naħa tiegħu l-Prinċipal Dr Sean Zammit qal li l-Ministeru kien ta għajnuna kbira mhux biss biex jiġu rinnovati u modernizzati l-iskejjel imma anki sabiex jittellgħu proġetti marbuta mal-kultura, l-arti, l-isports fejn ittellgħu attivitajiet ta' suċċess u li setgħu jibqgħu jsiru minn sena għall-oħra.

Diversi skejjel fil-Kulleġġ t'Għawdex diġà gawdew minn installazzjoni ta' playing areas ġodda, b'soft flooring u turf artifiċjali, li taw dehra moderna u aktar sigura lil dawn l-ispazji. Sar ukoll numru ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni u titjib, fosthom tikħil u tibjid tal-klassijiet fl-iskola primarja u s-Special Unit ta' Sannat, bdil tal-art tal-palk fl-iskola primarja tal-Qala, u installazzjoni ta' palk ġdid b'faċilitajiet ta' storage fl-iskola primarja tan-Nadur. F'Sannat infetħu wkoll żewġ klassijiet speċjalizzati fit-terapija marbuta mal-mużika u l-moviment. Barra minn hekk, bdew il-preparamenti biex jinħolqu tliet multisensory rooms, waħda fl-iskola primarja tar-Rabat, waħda fl-iskola tal-Għarb u oħra fl-iskola tan-Nadur. Dan fost għadd ta' xogħol ieħor fl-iskejjel.

Meta mistoqsi mit-tfal jekk kull skola hijiex se jkollha arja kkundizzjonata, il-Ministru wieġeb fl-affermattiv u fil-fatt qed jitkompla wkoll ix-xogħol fuq l-installazzjoni ta' sistemi ta' arja kondizzjonata f'aktar skejjel. Fil-jiem li ġejjin, dawn se jitwaħħlu wkoll fl-iskola primarja tax-Xagħra. Fl-istess waqt, għaddejjin tħejjijiet biex tissaħħaħ is-sistema tad-dawl qrib l-iskola tax-Xewkija, bil-għan li jiġu installati sistemi ta' arja kondizzjonata fl-iskola primarja tax-Xewkija u fl-iskola tal-Visual Performing Arts.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega li dawn il-proġetti juru l-impenn kontinwu tal-Gvern lejn edukazzjoni ta' kwalità f'Għawdex. “Qed ninvestu b'mod konkret fl-infrastruttura edukattiva sabiex noħolqu ambjent modern, sigur u inklussiv għat-tfal tagħna. Dawn l-interventi mhux biss itejbu l-faċilitajiet iżda, jsaħħu wkoll l-esperjenza edukattiva tal-istudenti u tal-edukaturi. L-edukazzjoni tibqa' prijorità ewlenija u ser nibqgħu naħdmu biex nipprovdu l-aħjar riżorsi possibbli għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri," temm jgħid il-Ministru.

Dawn l-inizjattivi jkomplu jsaħħu l-impenn lejn edukazzjoni ta' kwalità f'ambjent modern u inklussiv għal kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR F’laqgħa ta’ diskussjoni “Għal Għawdex” bit-tema “Edukazzjoni” ħarġet l-importanza li t-tfal mhux biss jitgħallmu f’ambjent sabiħ iżda wkoll li jkollhom ħiliet li jservuhom għall-ħajja ta’ kuljum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR F’laqgħa ta’ diskussjoni “Għal Għawdex” bit-tema “Edukazzjoni” ħarġet l-importanza li t-tfal mhux biss jitgħallmu f’ambjent sabiħ iżda wkoll li jkollhom ħiliet li jservuhom għall-ħajja ta’ kuljum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR F’laqgħa ta’ diskussjoni “Għal Għawdex” bit-tema “Edukazzjoni” ħarġet l-importanza li t-tfal mhux biss jitgħallmu f’ambjent sabiħ iżda wkoll li jkollhom ħiliet li jservuhom għall-ħajja ta’ kuljum
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR F’laqgħa ta’ diskussjoni “Għal Għawdex” bit-tema “Edukazzjoni” ħarġet l-importanza li t-tfal mhux biss jitgħallmu f’ambjent sabiħ iżda wkoll li jkollhom ħiliet li jservuhom għall-ħajja ta’ kuljum
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow