Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-President tal-Kamra jappella biex il-paċi, il-verità u r-responsabbiltà jerġgħu jkunu fiċ-ċentru tal-ħajja pubblika

PR260724
Date Icon 24/04/2026

Waqt il-finali tal-edizzjoni 2026 ta' “Young Parliamentarians – Ejjew niddibattu", il-President tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia appella biex il-paċi, ir-responsabbiltà u l-ġid komuni jerġgħu jingħataw il-post ċentrali li jixirqilhom fil-ħajja pubblika. Huwa wissa li l-paċi qatt ma għandha tittieħed bħala xi ħaġa garantita, u saħaq li poplu li jieqaf jitkellem bil-qawwa dwar il-paċi jkun qed jirriskja li jitlef mhux biss id-direzzjoni tiegħu, iżda wkoll ir-ruħ tiegħu.

L-Ispeaker enfasizza li l-Parlament għandu jibqa' l-ogħla spazju ta' ħsieb serju, ta' smigħ responsabbli u ta' deċiżjonijiet meħuda għall-ġid ta' kulħadd. Huwa saħaq li d-dibattitu demokratiku veru ma jistax jinbena fuq l-istorbju jew fuq l-emozzjoni biss, iżda għandu jkun mibni fuq il-fatti, ir-riċerka, l-analiżi u sens qawwi ta' responsabbiltà lejn il-poplu.

F'messaġġ mimli fiduċja fil-ġenerazzjoni żagħżugħa, il-President tal-Kamra faħħar liż-żgħażagħ preżenti għall-maturità, il-kuraġġ u l-ħeġġa tagħhom biex jidħlu fil-fond ta' temi li jolqtu direttament il-futur tagħhom. Huwa sostna li pajjiż li għandu żgħażagħ lesti jisimgħu, jiddibattu u jipproponu b'serjetà, ikun qed jibni pedament sod għal għada aħjar.

B'referenza għat-tema diskussa fil-finali, l-Ispeaker sostna li ż-żmien tal-lum jitlob bilanċ għaqli bejn it-teknoloġija, il-benesseri tal-istudenti, id-dinjità tal-persuna u r-rispett lejn il-privatezza. Huwa temm billi ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iħarsu lejn il-ħajja pubblika bħala sejħa għas-servizz, u biex jagħmlu mill-kelma tagħhom mezz ta' verità, mill-ħsieb tagħhom għodda ta' ġid, u mill-preżenza tagħhom fil-Kamra sinjal ċar li l-futur ta' Malta jista' jinbena b'serjetà, b'dinjità u b'għaqal.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Gvern Lokali Bernice Bonello.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-President tal-Kamra jappella biex il-paċi, il-verità u r-responsabbiltà jerġgħu jkunu fiċ-ċentru tal-ħajja pubblika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-President tal-Kamra jappella biex il-paċi, il-verità u r-responsabbiltà jerġgħu jkunu fiċ-ċentru tal-ħajja pubblika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow