Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurata dgħajsa tal-pass inklużiva u aċċessibbli mis-Siġġiewi Rowing Club iffinanzjata mill-iSmall Initiatives Support Scheme

PR260717
Date Icon 24/04/2026

Ġiet imnedija dgħajsa tradizzjonali tal-pass magħmula apposta, l-akbar u l-aktar dgħajsa stabbli tar-Regatta Nazzjonali ta' Malta, mibnija kemm skont ir-regolamenti nazzjonali kif ukoll addatta bis-sħiħ sabiex tkun totalment aċċessibbli. Dan sabiex tkun tista' tinqadef minn kulħadd, inklużi dawk li fiżikament isibuha ta' sfida sabiex jimxu. Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz tal-iSmall Initiatives Support Scheme (SIS) tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat b'investiment ta' €5,000.

Din se tkun l-ewwel dgħajsa tar-Regatta Maltija mibnija speċifikament biex tkun kompletament inklużiva, sabiex tinkludi atleti b'diżabilità fiżika, bis-siġġu tar-roti, atleti b'diżabilità fil-vista u atleti akbar fl-età.

Matul l-attività, il-Ministru  għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia ltaqgħet ma' Kurt Farrugia, qaddief tar-Regatta b'diżabilità, li ser ikun qed jibbenefika direttament minn din id-dgħajsa modifikata sabiex ikun jista' jieħu sehem b'mod attiv fl-isport. Din l-inizjattiva turi b'mod konkret kif investiment immirat jista' jneħħi l-ostakli u joħloq opportunitajiet ġodda, filwaqt li jagħti vuċi u spazju lil persuni li qabel kienu esklużi minn dan il-qasam. Il-laqgħa enfasizzat ukoll l-importanza li l-isport tradizzjonali jkompli jevolvi biex jirrifletti soċjetà aktar inklużiva u aċċessibbli għal kulħadd. L-għan tal-proġett huwa li juri li kulħadd, irrispettivament mill-abbiltà, daqs, jew ġeneru, meta jingħata l-opportunità u l-appoġġ xieraq, jista' jagħmel ħafna aktar. Dan il-proġett ikompli juri s-sbuħija tal-isports tradizzjonali bħala wieħed aktar inklużiv, u jippromwovi sens ta' komunità u djalogu interġenerazzjonali fejn ħadd ma jħossu barra minn postu iżda dejjem milqugħ u apprezzat.

 F'diskors waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Julia Farrugia, qalet li “dan il-proġett huwa xhieda ċara tal-viżjoni tagħna li nibnu soċjetà aktar ġusta u inklużiva, fejn ħadd ma jitħalla lura. L-investiment f'inizjattivi bħal dawn mhux biss jiftaħ il-bibien għal aktar parteċipazzjoni fl-isport, iżda wkoll isaħħaħ il-valuri ta' ugwaljanza, rispett u solidarjetà fil-komunitajiet tagħna. B'din id-dgħajsa inklużiva qed nibagħtu messaġġ b'saħħtu li l-isport hu ta' kulħadd, irrispettivament mill-kundizzjoni fiżika, l-età jew il-ġeneru, u li meta nagħtu l-opportunitajiet it-tajbin, kulħadd jista' jilħaq il-potenzjal tiegħu.  Se nibqgħu ninvestu r-riżorsi kollha meħtieġa f'dan it-tip ta' proġetti sabiex inkomplu nsaħħu l-inklużjoni u noħolqu aktar opportunitajiet għal kulħadd."

F'kumment il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Mauro Pace Parascandalo, qal li proġetti bħal dan juru kemm dak li jiġi implimentat permezz tal-fondi tal-Kunsill huwa varjat u kemm jolqot persuni differenti fis-soċjetà. Huwa awgura lill-għaqda kull suċċess, kemm fl-inizjattivi sportivi u anki fix-xogħol tagħhom fil-qasam tal-inklużjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurata dgħajsa tal-pass inklużiva u aċċessibbli mis-Siġġiewi Rowing Club iffinanzjata mill-iSmall Initiatives Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurata dgħajsa tal-pass inklużiva u aċċessibbli mis-Siġġiewi Rowing Club iffinanzjata mill-iSmall Initiatives Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurata dgħajsa tal-pass inklużiva u aċċessibbli mis-Siġġiewi Rowing Club iffinanzjata mill-iSmall Initiatives Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inawgurata dgħajsa tal-pass inklużiva u aċċessibbli mis-Siġġiewi Rowing Club iffinanzjata mill-iSmall Initiatives Support Scheme
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow