Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’diskussjoni nazzjonali rigward ħaddiema li jaħdmu bix-shift

PR260713
Date Icon 23/04/2026

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard fetaħ konferenza nazzjonali ffukata fuq ħaddiema li jaħdmu bix-shift u l-impatt ta’ dan it-tip ta’ xogħol fuq is-saħħa u s-sigurtà; tip ta’ xogħol li huwa realtà fl-ekonomija moderna, fuq livell nazzjonali, Ewropew u saħansitra dak globali.

Fil-kuntest ta’ domanda dejjem tikber għal servizzi 24 siegħa kuljum, il-Ministru sostna li wara kull servizz hemm ħaddiema li qegħdin jagħmlu tajjeb, anke b’sigħat twal ta’ ħidma, biex jgħaqqdu pont ta’ servizzi għall-komunità.

Il-Ministru ppreżenta diversi miżuri konkreti li ttieħdu matul l-aħħar sena, fosthom biż-żieda sostanzjali fl-ispezzjonijiet tal-OHSA, li laħqu aktar minn 23,000 li 92% minnhom twettqu b’mod proattiv u għaldaqstant l-iskop preventiv qiegħed ikompli jissaħħaħ. Enfasizza wkoll bidla importanti fil-politika nazzjonali, fejn għall-ewwel darba r-riskji psikosoċjali bħal stress u burnout ġew integrati formalment fil-qafas regolatorju.

Bħala pajjiż żviluppat, pajjiżna għandu setturi kruċjali li l-prevalenza ta’ ħaddiema li jaħdmu bix-shift f’dawn is-setturi huwa wieħed għoli. Fost dawn insibu dawk fil-qasam tas-saħħa, tas-sigurtà, tat-trasport, tal-manifattura u l-ospitalità. “Dawn huma realtajiet moderni u jeħtieġ nippreparaw lis-setturi, min iħaddem u ħaddiema nfushom sabiex jilqgħu għal dawn is-sitwazzjonijiet,” qal il-Ministru Attard.

Il-Ministru faħħar ukoll il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, inkluż l-OHSA, l-Università ta’ Malta u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa li qed jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-effetti tax-xogħol bix-shift b’approċċ ibbażat fuq l-evidenza.

Fl-għeluq tiegħu, il-Ministru appella għal aktar kollaborazzjoni bejn il-Gvern, l-imsieħba soċjali, il-professjonisti u min iħaddem biex Malta tkompli tibni ambjent tax-xogħol li jipproteġi lill-ħaddiem filwaqt li jappoġġja l-iżvilupp ekonomiku.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Josianne Cutajar sostniet li x-shift work huwa meqjus minnu nnifsu bħala Occupational Hazard fejn jista’ potenzjalment joħloq xi riskji jew sfidi għall-ħaddiem jew l-operat li jkun qed jaħdem fihom. “F’kuntest fejn l-ekonomija qed tkompli tikber u fejn is-servizzi u l-kwalità tal-ħajja qegħdin jesiġu li ċerti servizzi ikunu disponibbli l-ħin kollu, l-OHSA qiegħda taħdem sabiex tipprepara lill-ħaddiema billi tipprovdilhom miżuri għal sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip biex ikunu jistgħu jnaqqsu l-effett li jista' jkollhom fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom,” tenniet Dr Cutajar.

Fost dawk preżenti għad-diskussjoni kien hemm ukoll iċ-Chairperson tal-OHSA Pierre Fava u inkludiet ukoll preżentazzjonijiet minn esperti lokali u internazzjonali dwar l-isfidi u l-opportunitajiet relatati max-xogħol bix-shift. Għal din il-konferenza kien hemm fost l-oħrajn il-parteċipazzjoni ta’ tobba, membri mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, rappreżentanti tal-infermiera u rappreżentanti mis-settur ekonomiku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’diskussjoni nazzjonali rigward ħaddiema li jaħdmu bix-shift
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-OHSA b’diskussjoni nazzjonali rigward ħaddiema li jaħdmu bix-shift
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow