Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titħabbar il-Pre-Market Consultation għall-ewwel fażi tal-pjan tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

pr260712
Date Icon 23/04/2026

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli ħabbret fażi ġdida importanti fil-pjan tal-Gvern għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli nediet formalment il-Pre-Market Consultation (PMC) – pass strateġiku ieħor lejn it-twettiq tal-viżjoni ambizzjuża biex il-Port il-Kbir jinbidel f'żona ta' opportunitajiet ġodda u li joffri spazji isbaħ għan-nies.

Din is-sejħa internazzjonali qed tinħareġ wara li l-proposta tal-Gvern għar-riġenerazzjoni ta' partijiet mill-Port il-Kbir kienet miftuħa għal konsultazzjoni pubblika, biex in-nies jgħidu tagħhom dwar dan il-pjan.

“Nemmen bi sħiħ fil-viżjoni tagħna għall-Port il-Kbir u biex inwettquha rridu nissieħbu mal-komunità u ma' min lest jinvesti b'rispett lejn l-istess viżjoni. Huwa proġett li primarjament jindirizza l-Port il-Kbir, iżda l-valur tiegħu huwa wieħed nazzjonali. Huwa proġett li jagħti direzzjoni ċara ta' x'tip ta' investiment irridu għal pajjiżna għas-snin li ġejjin," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Permezz tal-assistenza mit-tekniċi ta' Grant Thornton, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir se tkun qed tmexxi l-proċess tal-PMC li għandu l-għan li jkejjel il-livell ta' interess minn investituri lokali u internazzjonali f'dik li hija meqjusa bħala l-ewwel u l-akbar fażi tal-pjan – iż-żona tal-Potato Sheds, is-sit tal-eks power station, l-Għolja tal-Ġiżwiti, il-Custom House, Mifsud Verandah u Bridge Wharf.

Din il-PMC, li se tkun miftuħa għal erba' xhur, hija pass kruċjali biex jinġabru ideat, proposti u interess li jippermettu li fil-fażijiet li jmiss jiġi ffurmat qafas konkret għal sejħiet futuri għall-offerti.

Gino Cauchi, il-Kap Eżekuttiv tal-GHRC spjega kif wara li jingħalaq dan il-perjodu u jkun hemm viżibilità tal-interess, il-proċess jimxi għall-istadju li jmiss. “Il-proċess jimxi 'l quddiem billi jibdew diskussjonijiet aktar fid-dettall biex jiġu identifikati dawk li jistgħu jkunu l-ideat aħħarin u li fuqhom ikunu jistgħu jsiru aktar studji, preparamenti, proposti, taħditiet u konsultazzjonijiet. Dan huwa proċess twil u elaborat, iżda meħtieġ," qal is-Sur Cauchi.

Il-Pre-Market Consultation qed issir wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-masterplan, li rat parteċipazzjoni wiesgħa mill-pubbliku, għaqdiet, entitajiet u stakeholders differenti. Il-prinċipji li qed jiggwidaw dan il-proġett jinkludu mixed-use development, protezzjoni tal-iskyline u tal-wirt storiku, koerenza arkitettonika, aċċess pubbliku, sostenibbiltà u reżiljenza klimatika – elementi li għandhom jiżguraw li dan ikun proġett future-proof u ta' valur fit-tul bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050.

Ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir qed titqies bħala proġett nazzjonali għall-futur ta' Malta – proġett li joħloq ġid ġdid b'rispett lejn l-identità storika tiegħu u li jagħti ħajja ġdida lil waħda mill-aktar żoni emblematiċi tal-pajjiż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titħabbar il-Pre-Market Consultation għall-ewwel fażi tal-pjan tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titħabbar il-Pre-Market Consultation għall-ewwel fażi tal-pjan tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titħabbar il-Pre-Market Consultation għall-ewwel fażi tal-pjan tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow