Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Spazju edukattiv ġdid fl-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema li jsaħħaħ il-litteriżmu u l-benesseri

pr260709
Date Icon 23/04/2026

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, żar spazju edukattiv ġdid fl-Iskola Primarja Ġużè Bonnici, f'Tas-Sliema, fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara, li għandu l-għan li jsaħħaħ kemm il-litteriżmu kif ukoll il-benesseri tal-istudenti.

Dan il-proġett jifforma parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern biex joffri edukazzjoni aktar olistika. L-għan tiegħu huwa li jrawwem l-imħabba lejn il-qari filwaqt li joħloq ambjent fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu f'atmosfera kalma, sigura u pożittiva.

L-inizjattiva tinkludi struttura moderna, mgħammra b'sistema ta' soundproofing u double glazing, li tipprovdi ambjent kwiet. Dan l-ispazju se jservi bħala kamra multipurpose li tista' tintuża għal sessjonijiet ta' qari, attivitajiet edukattivi u inizjattivi relatati mal-benesseri.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru sostna li dan il-proġett huwa eżempju ċar tad-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern biex ikompli jsaħħaħ il-kwalità tal-edukazzjoni f'pajjiżna. Huwa enfasizza li inizjattivi bħal dawn juru kif qed jinħolqu ambjenti li joffru bilanċ konkret bejn it-tagħlim u l-benesseri tal-istudenti.

“Qed ninvestu f'spazji li jinkoraġġixxu mhux biss il-qari u t-tagħlim, iżda wkoll il-kalma, il-konċentrazzjoni u l-benesseri tat-tfal tagħna," qal il-Ministru.

Dan l-ispazju se jkun ta' benefiċċju partikolari għal studenti li għandhom bżonn ambjent aktar kalm, inkluż tfal bl-awtiżmu.

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti, se jkun hemm timetable ċar li jorganizza meta u kif l-ispazju jista' jintuża kemm mill-għalliema kif ukoll mill-istudenti.

L-inizjattiva tinkludi wkoll attivitajiet fil-beraħ, sessjonijiet ta' qari u inizjattivi ta' benesseri li jgħinu lit-tfal japprezzaw mhux biss it-tagħlim, iżda wkoll il-kalma u n-natura.

Din l-inizjattiva hija mmirata lejn tfal tal-kindergarten u tal-primarja, u mistennija tikkontribwixxi għal titjib fil-litteriżmu kif ukoll għal aktar benesseri fost l-istudenti.

Il-Ministru żied li dan il-proġett huwa wkoll riflessjoni tal-importanza li tingħata vuċi lill-komunità edukattiva.

“Meta nisimgħu lill-għalliema u lill-istudenti, inkunu nistgħu noħolqu inizjattivi li verament jagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom ta' kuljum," temm jgħid il-Ministru.

Dan il-proġett jikkonferma l-impenn tal-Gvern lejn edukazzjoni moderna, inklużiva u ffukata fuq l-iżvilupp sħiħ tat-tfal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Spazju edukattiv ġdid fl-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema li jsaħħaħ il-litteriżmu u l-benesseri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Spazju edukattiv ġdid fl-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema li jsaħħaħ il-litteriżmu u l-benesseri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Spazju edukattiv ġdid fl-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema li jsaħħaħ il-litteriżmu u l-benesseri
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow