Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment f’radju komunitarju biex jissaħħaħ l-aċċess u l-inklużjoni fil-Qrendi permezz ta’ fondi mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi

PR260704
Date Icon 23/04/2026


Permezz ta' fondi mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi tas-sena li għaddiet, is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi wettqet proġett bil-għan li tkompli ssaħħaħ is-servizz komunitarju tagħha permezz tal-istazzjon tar-radju tagħha.


Inawgurat dan il-proġett il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia waqt żjara li hija għamlet għand din l-għaqda.


Għal dawn l-aħħar 23 sena, is-Soċjetà ilha tmexxi b'suċċess Radju 15 ta' Awwissu, stazzjon komunitarju li jxandar attivitajiet kemm tas-Soċjetà kif ukoll tal-lokalità ta' Qrendi. Dan is-servizz huwa partikolarment importanti għal persuni anzjani u persuni b'diżabilità li, minħabba limitazzjonijiet ta' mobilità, jiddependu fuq ix-xandir biex jibqgħu konnessi mal-komunità tagħhom. Fl-istess ħin, ir-radju jservi ta' pjattaforma ta' tagħlim għal żgħażagħ voluntiera li huma interessati fid-dinja tax-xandir.

Permezz ta' dan il-proġett, is-soċjetà investiet f'titjib teknoloġiku biex iżżomm il-kwalità tas-servizz u tlaħħaq mal-iżviluppi moderni. Dan jinkludi x-xiri ta' laptop ġdid għal xandir minn barra l-istudio, sistema NAS għall-ħażna sigura tal-programmi, sistema ta' public address (PA system) għall-użu f'attivitajiet esterni, kompjuter ġdid biex jissostitwixxi wieħed qadim, UPS biex jipproteġi kontra il-qtugħ tad-dawl, kif ukoll sistema ta' kameras biex jittejjeb ix-xandir viżiv dirett.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “dan l-investiment huwa riflessjoni ċara tal-viżjoni tagħna li nibnu komunitajiet li verament jinkludu lil kulħadd, b'mod partikolari persuni b'diżabilità u dawk li jaffaċċjaw sfidi ta' mobilità. Huwa essenzjali li nkomplu ninvestu f'inizjattivi li jneħħu l-ostakli, kemm fiżiċi, kif ukoll dawk soċjali, biex kull individwu jkollu aċċess ugwali għall-informazzjoni, għall-kultura u għall-ħajja komunitarja. Aħna kommessi li nkomplu nappoġġjaw inizjattivi li mhux biss isaħħu l-komunitajiet tagħna, iżda wkoll jagħtu vuċi lil dawk li ħafna drabi ma jinstemgħux biżżejjed. Dan huwa pass ieħor lejn soċjetà aktar ġusta, inklussiva u sensittiva għall-bżonnijiet ta' kulħadd."

Matul l-2025, permezz tal-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi, tqassmu aktar minn €190,000 f'fondi li permezz tagħhom ħadu l-ħajja 29 proġett differenti mmirati biex isaħħu l-inklużjoni fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex.

Ritratti: MIV

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment f’radju komunitarju biex jissaħħaħ l-aċċess u l-inklużjoni fil-Qrendi permezz ta’ fondi mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment f’radju komunitarju biex jissaħħaħ l-aċċess u l-inklużjoni fil-Qrendi permezz ta’ fondi mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Investiment f’radju komunitarju biex jissaħħaħ l-aċċess u l-inklużjoni fil-Qrendi permezz ta’ fondi mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow