Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tinfetaħ l-iskema Irrestawra Darek u l-Villaġġ għar-Reġjun Port – allokati €9 miljun

pr260701
Date Icon 22/04/2026

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li fetħet l-iskema Irrestawra Darek u l-Villaġġ għar-Reġjun Port, b’allokazzjoni totali ta’ €9 miljun immirata biex tappoġġja r-restawr, il-konservazzjoni u l-manutenzjoni ta’ proprjetajiet madwar dan ir-reġjun.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Din l-iskema hija miftuħa għas-sidien ta’ residenzi privati, NGOs u negozji li jinsabu fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCAs) tal-lokalitajiet ta’ dan ir-reġjun, li huma: il-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Furjana, il-Kalkara, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.” Huwa kompla jgħid li din l-iskema tirrifletti l-viżjoni tal-Gvern li jkompli jippreserva il-karattru tal-irħula Maltin u Għawdxin. 

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg, f'isem l-Awtorità, għal darb’oħra wera l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li esprimew interess fir-reġjuni kollha li nfetħu s’issa, li kollha ġew eżawriti fi ftit jiem biss. “Fil-fatt, l-Awtorità sa issa rċeviet madwar elf sottomissjoni: 424 għar-Reġjun Punent, 373 għar-Reġjun Nofsinhar u 173 għar-Reġjun Għawdex. Dan il-livell qawwi ta’ domanda juri kemm il-komunitajiet japprezzaw il-wirt mibni tagħhom. Huwa wkoll għalhekk li l-iskema qed tinfetaħ reġjun b’reġjun: biex tiġi żgurata sistema ġusta u trasparenti fejn kulħadd ikollu opportunità ugwali sabiex japplika,” temm jgħid is-Sur Buttigieg.

L-allokazzjoni għal kull reġjun hija bbażata b’mod ġenerali fuq in-numru ta’ djar li jinsabu fi ħdan UCAs f’dik il-lokalità jew reġjun, u dan sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata u proporzjonata tal-fondi.

L-applikazzjonijiet għall-iskema jiftħu fit-22 ta’ April 2026 u jibqgħu miftuħa sad-29 ta’ April 2026. Skont il-proċedura stabbilita tal-Awtorità, l-applikazzjonijiet jiġu evalwati strettament skont l-ordni li fih jiġu sottomessi, biex jiġi żgurat proċess ġust u trasparenti.

Applikanti eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mil-limiti massimi ta’ għotja hekk kif ġejjin:

* Sa €15,000 għal xogħlijiet ta’ restawr fuq proprjetajiet kollha li jinsabu fi ħdan UCAs;

* Sa €100,000 għar-restawr ta’ bini skedat Grad 1 li jinsab fi ħdan UCAs;

* Sa €50,000 għal bini skedat Grad 2 fi ħdan UCAs.

Din l-iskema reġjonali tifforma parti mill-isforzi kontinwi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tgħin lis-sidien tal-proprjetà jieħdu ħsieb il-bini tagħhom, tinkoraġġixxi investiment fit-toroq tradizzjonali, u tħares il-karattru arkitettoniku tal-ibliet u l-irħula ta’ dan ir-reġjun.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu online permezz tal-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar jew personalment.

L-applikanti jistgħu jivverifikaw l-eliġibbiltà permezz ta’:

* L-għodda Mapserver fuq www.pa.org.mt

* Ir-Reġistru tal-Proprjetajiet Skedati

* Għajnuna diretta bit-telefon (2290 0000) jew email (irrestawradarek@pa.org.mt)

Aktar informazzjoni dwar din l-iskema tista’ tinkiseb minn:
https://pa.org.mt/irrestawra-darek-u-lvillagg.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tinfetaħ l-iskema Irrestawra Darek u l-Villaġġ għar-Reġjun Port – allokati €9 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow