Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar investiment fid-djar residenzjali tat-tfal

PR260692
Date Icon 22/04/2026

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ l-investiment fil-qasam tal-kura alternattiva, sabiex jara li kull tifel u tifla f'pajjiżna jgħixu f'ambjent sigur u mimli mħabba.

Ġie ffirmat it-tiġdid ta' Public Social Partnership ma' Fondazzjoni Dar San Ġużepp, residenza li fiha jgħixu tfal li għal xi raġuni jew oħra, ma setgħux jibqgħu jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom.

Fil-fatt il-Ministeru Soċjali alloka s-somma ta' €2.5 miljun sabiex jagħti serħan il-moħħ fil-provvista ta' servizz tul it-tliet snin illi ġejjin. Din tfisser żieda ta' kważi €600,000 jew 31.6% fuq il-ftehim ta' qablu li skada f'Diċembru li għadda.

“Inħarsu 'l quddiem li nibqgħu naħdmu ma' kulħadd għaliex verament qalbna tħabbat fil-post it-tajjeb. Mal-Fondazzjoni San Ġużepp qed naraw illi nsaħħu wkoll l-element ta' after care, kunċett li qed insaħħu anke f'setturi oħra bħal dak marbuta mar-riabilitazzjoni," stqarr il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Il-Ministru Michael Falzon stqarr li dan huwa d-disa'  ftehim li qed jiffirmaw mill-ħdax li skadew f'Diċembru 2025 u ma' dawn jingħaqdu tnejn ġodda li se jibdew dis-sena.  B'kollox hemm 37 ftehim ma' 25 għaqda li jaħdmu f'diversi setturi soċjali, b'investiment ta' kważi €15.4 miljun għal din is-sena.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar investiment fid-djar residenzjali tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iktar investiment fid-djar residenzjali tat-tfal
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow