Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Impenn favur persuni li temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga

pr260678
Date Icon 21/04/2026


Il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin illi tiftaħ il-bibien tagħha għal dik li ser isservi ta' residenza 'after care' għal dawk il-persuni li jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-programm ta' riabilitazzjoni tagħhom.

Fażi deskritta bħala l-aktar sensittiva u prekarja minħabba l-fatt li r-riskju ta' 'relapse' jkun akbar, speċjalment għal dawk il-persuni li ma jkollhomx sapport familjari u akkomodazzjoni fissa.

Din id-dar fin-Naxxar, qed tkun meqjusa bħala 'stepping stone'  u l-għan tagħha mhuwiex biss marbut m'akkomodazzjoni, iżda li tmur sabiex tagħti stabbiltà, dinjità u fuq kollox pjan ta' struttura.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon għamel żjara f'din ir-residenza flimkien mat-tmexxija tal-Fondazzjoni Caritas. Hawnhekk il-Ministru stqarr illi l-Gvern ser ikun qed jgħin finanzjarjament sabiex jara dan il-proġett jibda jitħaddem u tingħata garanzija fl-għoti tas-servizz tul iż-żmien.

“Mal-Caritas għandna diversi ftehimiet bħal dawn li jlaħħqu l-miljuni t'ewro fis-sena. Dan narawh bħala investiment f'dik il-faxxa tas-soċjetà li rridu nagħtuha ċans sabiex tirriforma ruħha u eventwalment tintegra lura b'mod pożittiv," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Caritas, Anthony Gatt spjega kif dan il-proġett ser jipprovdi ambjent sigur, terapewtiku, u li jagħti s-setgħa lill-individwi, billi jagħti prijorità lin-nisa, l-ommijiet, adulti żgħażagħ, li jkunu qed ifittxu ħajja indipendenti fil-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Impenn favur persuni li temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Impenn favur persuni li temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Impenn favur persuni li temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow