Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministru Clint Camilleri jiltaqa’ mill-ġdid mal-Kummissarju Ewropew Jessika Roswall waqt li żaret inizjattivi ta’ konservazzjoni f’pajjiżna

pr260677
Date Icon 21/04/2026

Id-djalogu bejn iż-żewġ naħat se jibqa' miftuħ b'rispett sħiħ lejn Malta u lejn il-Kummissjoni Ewropea

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri laqa' lill-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Jessika Roswall, fil-Buskett, fejn kellha l-opportunità żżur proġett tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ffukat fuq il-konservazzjoni tal-ispeċi tal-barbaġann. Dan il-proġett igawdi wkoll mill-appoġġ tal-Gvern Malti.

Din hija t-tieni laqgħa bejn il-Ministru Camilleri u l-Kummissarju Roswall, wara li ftit tax-xhur ilu kienu ltaqgħu fi Brussell. Din id-darba, waqt iż-żjara tagħha f'Malta, il-Kummissarju kellha l-opportunità tara mill-qrib diversi inizjattivi ta' konservazzjoni li qed jitwettqu f'pajjiżna.

Matul iż-żjara, il-Kummissarju Jessika Roswall rat ukoll ix-xogħol li qed twettaq l-FKNK, fejn il-President Lucas Micallef spjega fid-dettall l-isforzi li qed isiru. Hija kellha wkoll l-opportunità tara frieħ tal-barbaġann li faqqsu ftit qabel iż-żjara tagħha.

Il-Ministru Clint Camilleri sostna li huwa miftuħ għal aktar djalogu mal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari mal-Kummissarju Roswall, anki dwar temi ta' natura lokali. Huwa żied li l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat se tibqa' miftuħa, b'rispett sħiħ lejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministru Clint Camilleri jiltaqa’ mill-ġdid mal-Kummissarju Ewropew Jessika Roswall waqt li żaret inizjattivi ta’ konservazzjoni f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministru Clint Camilleri jiltaqa’ mill-ġdid mal-Kummissarju Ewropew Jessika Roswall waqt li żaret inizjattivi ta’ konservazzjoni f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministru Clint Camilleri jiltaqa’ mill-ġdid mal-Kummissarju Ewropew Jessika Roswall waqt li żaret inizjattivi ta’ konservazzjoni f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministru Clint Camilleri jiltaqa’ mill-ġdid mal-Kummissarju Ewropew Jessika Roswall waqt li żaret inizjattivi ta’ konservazzjoni f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow